Quddiesa b’Talb Speċjali għall-Ħarsien tat-Trabi fil-Ġuf

Print Friendly, PDF & Email

Din il-quddiesa se ssir is-Sibt 20 ta’ Ġunju, 2020 fis-6.30pm Fis-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu …

Kien programmat li lejliet il-festa tal-Madonna Ta’ Pinu jsir it-tberik tat-tarbija fil-ġuf fis-Santwarju Ta’ Pinu. Dan mhux possibbli li jsir minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid 19.

Għalhekk, minflok, fl-istess Santwarju, ser tiġi ċċelebrata Quddiesa fl-20 ta’ Ġunju minn Mons. Isqof Mario Grech, Amministratur Appostoliku għal Għawdex, bħala talba lil Alla bl-interċessjoni tal-Madonna Ta’ Pinu għall-ħarsien tat-trabi fil-ġuf.

Aħna nistgħu ningħaqdu mas-Santwarju peress li din il-Quddiesa tiġi trażmessa fuq l-istazzjon televiżiv TVM2.

Nistednukom biex tingħaqdu magħna b’dan il-mod. Napprezzaw jekk tikkonfermaw li rċevejtu din in-nota billi tavżawna. (Mobile: 79386233; Email: info@anawimlaycommunity.org)

Wara ser nibagħtulkom tifkira ta’ din l-okkażjoni biex iżżommuha mar-rikordji tal-istorja tat-tarbija tagħkom.

Rita Sultana
f’isem il-Komunità Anawim u l-Bord ta’ Dar Ġużeppa Debono

A Mass with Special Prayers for the Protection of Children in the Womb

Saturday, 20th June, 2020 at 6.30pm At the Sanctuary of Our Lady of Ta’ Pinu

Because of the present Covid-19 situation, this year it is not possible to hold the Blessing of the Child in the Womb, a ceremony that was normally held every June.

So, instead, on the 20th June, a Mass will be celebrated at Ta’ Pinu Sanctuary by H.E. Bishop Mario Grech, Apostolic Administrator for Gozo. He will lead special prayers to God through the intercession of our Lady for the protection of the child in the womb.

Although we cannot attend physically at the Sanctuary, we can join virtually to the Live streaming of this celebration through:
• Television station TVM2
• Official YouTube Channel of the Diocese of Gozo https://www.youtube.com/dioceseofgozo
• Or on: https://www.facebook.com/gozodiocese/

We invite you to join us in this way. We appreciate if you could confirm receipt of this invite. (Mobile: 79386233; Email: info@anawimlaycommunity.org)

Later on, we will be sending you a token of this occasion which you can add to the mementoes of your child’s story.

We are praying for you everyday.

Best regards,

Rita Sultana
f/the Anawim Community and the Board of Dar Ġużeppa Debono

2020 06 20 Mass Children Womb

 

Leave a Reply

%d bloggers like this: