Illum il-Knisja tfakkar lil Santa Ġermana Cousin


Fil-15 ta’ Ġunju l-Knisja tfakkar lil Santa Ġermana Cousin, li għexet bejn wieħed u ieħor bejn is-snin 1579 sa 1601.

Missier Ġermana Laurent Cousin, kien ħaddiem fqir minn Pibracv, qrib Toulouse (Franza); ommha Marie Laroche mietet ftit wara t-twelid ta’ bintha. Ġermana twieldet b’diżabilità u marradija u idha l-leminija msawra ħażin u paralitika. Kienet tmur tirgħa n-nagħaġ f’Pibrac.

Missierha, li flok imħabba kellu aversjoni għaliha, reġa’ żżewweġ u din it-tieni mara tiegħu ukoll xejn ma kienet iġġibha lil Ġermana anzi kienet taħqarha u lanqas biss ma kienet tħalliha tersaq lejn uliedha, avolja kienet tħobbhom.

Kienet iġġagħalha torqod fl-istalla, jew taħt it-taraġ fuq gozz zkuk tad-dwieli. Skola ma kinetx taf, iżda Alla għanieha b’paċenzja soprannaturali u bl-imħabba li biha kienet taqsam mat-tallaba l-bċejjeċ żgħar tal-ħobż li kienet taqla’.

Kienet dejjem bil-kuruna tar-Rużarju f’idejha; u titlob ’l Alla jħarsilha l-merħla sakemm kienet tmur tisma’ l-quddiesa ta’ kuljum. U Alla kien tassew iħarishomlha għax qatt ma sabet nagħġa waħda nieqsa minkejja l-għadd kbir ta’ lpup li kien hemm f’dawk l-inħawi.

Matul is-sigħat li kienet tgħaddi tirgħa n-nagħaġ hija tgħallmet tant ħwejjeġ fit-talb, li kienet kapaċi tiġbor t-tfal tar-raħal u tkellimhom fuq Alla.

Il-ġirien bil-mod il-mod għarfu l-qdusija tagħha u ftit qabel mewtha, li ġrat meta kellha 22 sena, il-familja tagħha bdiet tittrattaha tajjeb.

Il-ħafna mirakli li saru fuq qabarha taw bidu għall-proċessjoni kull sena lejn il-knisja ta’ Pibrac.

Sors: https://taghrifdwarilqaddisin.wordpress.com

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.