24. Kristu jagħmel appell lill-“qalb” tal-bniedem

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 16/04/1980.

1. Bħala argument tar-riflessjonijiet tagħna futuri – fl-ambitu tal-laqgħat tal-Erbgħa – nixtieq niżviluppa l-affermazzjoni segwenti ta’ Kristu li tagħmel parti mid-diskors tal-muntanja: “Fhimtu sewwa dak li ntqal: La tikkommettux adulterju; imma jiena ngħidilkom: dak li jħares lejn mara oħra biex jixtieqha, diġa kkummetta adulterju magħha f’qalbu (Mt 5,27-28).

Jidher li dan il-pass għandu għat-tejoloġija tal-ġisem sinifikat-ewlieni, bħal dak, li fih Kristu għamel riferenza għall-“bidu”, u li serva bħala bażi għall-analiżi preċedenti. Mela stajna nagħtu kont ta’ kemm wiesà kien il-kuntest ta’ sentenza, anzi ta’ kelma ppronunzjata minn Kristu. Dan kien mhux biss dwar il-kuntest immedjat, li ħareġ matul id-diskors mal-Fariżej, imma dwar il-kuntest globali (waqt li ħallejna barra dak li hemm jirreferixxi għall-kotba l-oħra tat-Testment il-Qadim). L-analiżi preċedenti wrew kemm hu mifrux il-kontenut li jinvolvi ir-riferiment ta’ Kristu għall-“bidu”.

L-espressjoni, li għaliha issa qegħdin nirreferu, jiġifieri, cioè Mt 5,27-28, tintroduċina b’sikurezza – ukoll fil-kuntest tagħna iktar wiesà, fil-kuntest globali, li permezz tiegħu jirrivelalna gradwalment is-sinifikat-ewlieni tat-tejoloġija tal-ġisem. Din l-espressjoni tikkostitwixxi wieħed mill-passi tad-diskors tal-muntanja, li fih Ġesù Kristu jwettaq  reviżjoni fondamentali tal-mod tal-għarfien u twettiq tal-liġi morali tal-Allejanza Antika. Dan jirreferixxi, f’ordni, għall-kmandamenti segwenti tad-dekalogu: għall-ħames “la toqtolx” (cf. Mt 5,21-26), għas-sitta “la tikkommettix adulterju” (cf. Mt 5,27-32) – huwa sinifikattiv li fit-tmiem ta’ dan il-pass tfeġġ ukoll il-kwistjoni tal-“att tar-rifjut” (cf. Mt 5,31-32), aċċennata diġa fil-kapitolu preċedenti – u tat-tminn kmandament skont it-Test tal-ktieb tal-Esodu (cf. Es 20,7): “La taħlifx falz, imma aġġusta l-ġuramenti tiegħek mal-Mulej” (cf. Mt 5,33-37).

Sinifikattivi huma fuq kollox il-kliem li jiġu qabel dawn l-artikoli – u li ġejjin -mid-diskors tal-muntanja, kliem li bihom Ġesù jiddikkjara: “La taħsbux li jiena ġejt biex inwarrab il-liġi jew il-Profeti; ma ġejtx biex inwarrab, imma biex inwettaq (Mt 5,17). Fis-sentenzi li jsegwu, Ġesù jispjega s-sens ta’ tali kontrappożiżzjoni u l-ħtieġa tat-“twettiq” tal-liġi għall-iskop tar-rejaliżazzjoni tas saltna ta’ Alla: “Min… josserva (dawn il-kmandamenti” u li jgħallimhom lill-bnedmin, ikun meqjus kbir fis-saltna tas-smewwiet (Mt 5,19). Is-Saltna tas-smewwiet” tfisser saltna ta’ Alla fid-dimensjoni eskatoloġika.  It-twettiq tal-Liġi jikkondizzjona,, b’mod fundamentali, din is-saltna fid-dimensjoni temporali tal-eżistenza umana. Dan, madankollu, għandu x’jaqsam ma’ twettiq li jikkorrispondi għal kollox mas-sens tal-liġi, tad-dekologu, mal-kmandamenti singoli. Tali twettiq biss jibni dik il-ġustizzja li Alla-Leġiżlatur ried.  Kristu-Mgħallem iwissi li ma nagħtux tali nterpretazzjoni umana tal-liġi kollha u tal-kmandamenti singoli, miġburin fiha, li ma tibnix il-ġustizzja mixtieqa minn Alla-Leġiżlatur. “Jekk il-ġustizzja tagħkom ma tissuperax dik tal-iskribi u tal-Fariżej, ma tidħlux fis-saltna tas-smewwiet”  (Mt 5,20).

2. F’tali kuntest tfeġg l-espressjoni ta’ Kristu skont Mt 5,27-28, li feħsiebna nieħdu bħala bażi għall-analiżi preżenti, waqt li nikkunsidrawha, flimkien mal-espressjoni l-oħra skont Mt 19,3-9 (cf. etiam Mk 10), bħala muftieħ tat-tejoloġija tal-ġisem. Din, flimkien mal-oħra, għandha karattru espliċitament normattiv. Twettaq il-prinċipju tal-morali umana miġbur fil-kmandament “la tikkommettix adulterju” u, fl-istess ħin, tiddetermina fehma tajba u sħiħa ta’ dan il-prinċipju jiġifieri fehma tal-pedament u fl-istess ħin tal-kondizzjoni għal “twettiq” adegwat tiegħu; dan appuntu jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-kliem ta’ Mt 5,17-20, diġa riferuti qabel, dwar liema ftit ilu ġbidna l-attenzjoni. Hawn insibu, minn banda, biex inżommu mas-sinifikat li Alla-Leġislatur għalaq fil-kmandament “la tikkommettix adulterju”, u mill-banda l-oħra, li nwettqu dik il-“ġustizzja” min-naħa tal-bniedem, li għanda tkun “soprabbundanti” fl-istess bniedem, jiġifieri fih għandha tilħaq il-milja tagħha speċifika. Dawn huma, biex ngħidu hekk, iż-żewġ aspetti tat-“twettiq” fis-sens evanġeliku.

3. Hekk ninsabu fil-milja tal-ethos, ossija f’dak li jistà jkun definit bħala l-forma interna, kważi r-ruħ tal-morali umana. Il-ħassieba kontemporanji (Ex. gr. Scheler) jaraw fid-diskors tal-muntanja żvolta kbira appuntu fil-kamp tal- ethos (1). Morali ħajja, fis-sens eżistenzjali, ma tiġix iffurmata biss fin-normi li jinvestu l-forma tal-kmandamenti, tal-preċetti u tal-projbizzjonijiet, bħal fil-każ ta’ “la tikkommettix adulterju”. Il-morali li fiha jiġi rejalizzat is-sens stess tal-esseri uman – li huwa, fl-istess ħin, twettiq tal-liġi permezz tas-“soprabbundanza” tal-ġustizzja permezz tal-vitalità suġġettiva – tifforma fil-perċezzjoni nterna tal-valuri li minnhom jinbet id-dmir bħala espressjoni tal-kuxjenza, bħala tweġiba tal-propju “jien” personali. L-ethos idaħħalna fl-istess ħin fil-profondità tan-norma nfisha u jinżel fil-bniedem-suġġett tal-morali. Il-valur morali huwa marbut mal-proċess dinamiku tal-intimità tal-bniedem. Biex jilħqu, mhux biżżejjed li jieqaf “fil-wiċċ” tal-azzjoni umana, hemm bżonn li jippenetra propju fl-intern. 

4. Minbarra l-kmandament “la tikkommettix adulterju”, id-dekalogu fih ukoll “la tixtieqx nisa tal-…proxxmu (cf. Es 20,17; Dt 5,21). Fl-espressjoni tad-diskors tal-muntanja, Kristu jgħaqqadhom, sa ċertu sens, il-wieħed mal-ieħor: “Min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa kkommetta adulterju f’qalbu.” Madankollu, dan mhux tant biex jiddistingwi dak li jgħidu dawn iż-żewġ kmandamenti tad-dekalogu, daqskemm biex juri d-dimensjoni tal-azzjoni nterna, li għaliha jirreferu wkoll il-kliem: “La tikkommettix adulterju.” Tali azzjoni ssib l-espressjoni viżibbli tagħha fl-“att tal-ġisem”, att li fih jipparteċipaw r-raġel u l-mara kontra l-liġi tal-esklussività matrimonjali. Il-każistika tal-kotba tat-Testment il-Qadim, intenzjonata biex tinvestiga dak li, skont kriterji esterni, jikkostitwixxi tali “att tal-Gisem” u, fl-istess ħin, orjentata biex tikkumbatti l-adulterju, tiftaħ għal dawn id-diversi “skappaturi” legali (li dwarhom, cf. Il-kumplament tal-meditazzjonijiet preżenti). B’dan il-mod, a bażi tal-kompromessi multipli”għal għebusija tal-… qalb” (Mt 19,8), is-sens tal-kmandament, mixtieq mil-leġislatur, ġarrab deformazzjoni. Din kienet mistennija mal-osservanza legalistika tal-formula, li ma kinitx “soprabbundanti” fil-ġustizzja nterna tal-qlub. Kristu jisposta l-essenza tal-problema f’dimensjoni oħra, meta jgħid: “Min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa jkun ikkommetta adulterju magħha f’qalbu” (Skont traduzzjonijiet qodma: “Diġa rrendija adultera f’qalbu”, formula li tidher iktar eżatta (2).

Hekk, mela, Kristu jagħmel appell għall-bniedem intern. Jagħmlu ħafna drabi u f’diversi ċirkustanzi. F’dan il-każ dan jidher partikolarment espliċitu u elokwenti, mhux biss rigward  il-konfigurazzjoni tal-ethos evanġeliku, imma wkoll rigward il-mod li jara l-bniedem. Mhijiex mela r-raġuni etika biss, imma wkoll dik antropoloġika biex iwissina ħalli nieqfu iktar fit-tul fuq it-test ta’ Mt 5,27-28, li fih il-kliem ippronunzjat minn Kristu fid-diskors tal-muntanja.

Miġjub għqall-malti minn Emanuel Zarb.

Ara t-test oriġinali bit-Taljan >