41. Il-konkupixxenza tbiegħed ir-raġel u l-mara mill-prospettivi personali u “ta’ għaqda”


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 24/09/1980.

1. Fid-Diskors tal-Muntanja Kristu jgħid: “Fhimtu dak li ntqal: La tikkommettix adulterju; imma jien ngħidilkom: min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġa kkummetta adulterju magħha f’qalbu” (Mt 5,27-28). Għal xi żmien qegħdin nippruvaw nippenetraw fis-sinifikat ta’ din l-istqarrija, billi nanalizzaw il-komponenti singuli ħalli nifhmu aħjar it-totalità tat-test.

Meta Kristu jitkellem dwar ir-raġel, li “jħares biex jixtieq”, ma jindikax biss id-dimensjoni tal-intenzjonalità tal-“ħars”, mela l-għarfien konkupixxenti, id-dimensjoni “psikoloġika”, imma jindika wkoll id-dimensjoni tal-intenzjonalità tal-eżistenza nfisha tar-raġel. Juri, jiġifieri, min “hi” jew pjuttost min “issir”, għar-raġel, il-mara li hu lejha “jħares b’konkupixxenza”. F’dan il-każ, l-intenzjonalità tal-għarfien tiddetermina u tiddefenixxi l-intenzjonalità stess tal-eżistenza. Fis-sitwazzjoni deskritta minn Kristu dik id-dimensjoni tgħaddi unilateralment mir-raġel, li huwa suġġett, lejn il-mara, li saret oġġett (dan però ma jridx jgħid li tali dimensjoni hija biss unilaterali); għalissa ma naqilbux is-sitwazzjoni analizzata, lanqas ma nifirxu għaż-żewġ partijiet, għaż-żewġ suġġetti. Nieqfu fuq is-sitwazzjoni deskritta minn Kristu; waqt li nenfasizzaw li dan huwa att “purament intern”, moħbi fil-qalb u wieqaf fuq l-għatba tal-ħars.

Basta nosservaw li f’tali każ il-mara – li, minħabba mottiv ta’ soġġettività personali teżisti perennement “għar-raġel” waqt li nistennew li hu wkoll, għall-istess mottiv, jeżisti “għaliha” -tibqà  nieqsa mis-sinifikat tal-attrazzjoni tiegħu in kwantu persuna, li, għalkemm hija propja tal-“femmininu etern”, fl-istess ħin għar-raġel issir biss oġġett: tibda, jiġifieri, teżisti intenzjonalment bħala oġġett ta’ sodisfazzjon potenzjali tal-bżonn sesswali li jikkonċerna l-maskulinità tiegħu. Alavolja l-att ikun intern għal kollox, moħbi dil-“qalb” u espress biss mill-“ħars”, ġo fih diġa sseħħ bidla (soġġettivament unilaterali) tal-eżistenza. Li kieku ma kienx hekk, li kieku ma kinitx tirrigwarda bidla hekk profonda, ma kienx ikollhom sens il-kliem segwenti tal-istess sentenza: “Ikun diġa kkummetta adulterju magħha f’qalbu” (Mt 5,28).

2. Dik il-bidla tal-intenzjonalità tal-eżistenza, permezz ta’ liema ċerta mara tibda teżisti għal ċertu raġel mhux bħala suġġett ta’ sejħa u ta’ attrazzjoni personali jew suġġett ta’ “komunjoni”,  imma b’mod esklussiv bħala oġġett ta’ sodisfazzjon potenzjali tal-bżonn sesswali, titwettaq fil-“qalb” in kwantu li twettqet fir-rieda. L-istess intenzjonalità konoxxittiva għad ma tridx skjavitù tal-“qalb”. Huwa biss meta t-tnaqqis intenzjonali, illustrat qabel, ikarkar ir-rieda  fl-orizzont ristrett tagħha, meta jqanqal id-deċiżjoni ta’ rapport ma’ esseri uman ieħor (fil-każ tagħna: mal-mara) skont l-iskala tal-valuri propji tal-“konkupixxenza” huwa biss hemm li wieħed jistà jgħid li x-“xewqa” ħakmet ukoll il-“qalb”. Huwa biss mela l-“konkupixxenza” taħkem ukoll ir-rieda, huwa possibbli li tgħid li hija tiddomina fuq is-suġġettività tal-persuna u li qiegħda fil-bażi tar-rieda u tal-possibiltà li tagħżel u tiddeċiedi, permezz ta’ liema – bis-saħħa tal-awtodeċiżjoni jew l-awtodeterminazzjoni – jiġi stabbilit il-mod stess ta’ eżistenza fir-rigward ta’ persuna oħra. L-intenzjonalità ta’ eżistenza hekk magħmula takkwista allura dimensjoni soġgettiva sħiħa.    

3. Huwa biss hemm – jiġifieri f’dak il-waqt soġġettiv u fuq it-titwil soġġettiv tiegħu – li huwa possibbli tirrattifika dak li qrajna, per eżempju, fis- Siracide (Sir 23,17-22) dwar ir-raġel iddominat mill-konkupixxenza, u li naqraw deskrizzjonijiet ferm iktar elokwenti fil-letteratura mondjali. Allura nkunu nistgħu wkoll nitkellmu dwar dak “it-theddid” ftit jew wisq sħiħ, li x’imkien ieħor jissejjaħ “theddid tal-ġisem” u li jġib miegħu it-telfien tal-“libertà tar-rigal”, naturali mal-kuxjenza profonda tas-sinifikat sponsali tal-ġisem, li dwaru wkoll tkellimna fl-analiżi preċedenti.

4. Meta nitkellmu dwar ix-“xewqa” bħala trasformazzjoni tal-intenzjonalità ta’ eżistenza konkreta, per eż. tar-raġel, li għalih skont Mattew 5,27-28, ċerta mara ssir biss oġġett ta’ sodisfazzjon potenzjali tal-“bżonn sesswali” inerenti għall-maskulinità tiegħu, mhix b’xi mod li wieħed jiddubita dwar dak il-bżonn, bħala dimensjoni oġġettiva tan-natura umana bil-finalità prokrejattiva li hija propja għalih. Il-kliem ta’ Kristu fid-Diskors tal-Muntanja (fil-kuntest wiesà kollu tiegħu) huma ‘l bogħod mill-manikeiżmu, bħal ma hi wkoll it-tradizzjoni awtentika Kristjana. F’dan il-każ, ma jistgħux mela jqumu oġgezzjonijiet simili. Minflok, hawn jidħol il-mod tal-eżistenza tar-raġel u tal-mara bħala persuni, biex inkunu preċiżi ta’ dik l-eżistenza f’ “għal” reċiproku, li, – wkoll a bażi ta’ liema skont id-dimensjoni oġġettiva tan-natura umana hija definibbli bħala “bżonn sesswali” – tistà u hemm bżonn li sservi għall-kostruzzjoni tal-unità “ta; komunjoni” fir-rapporti reċiproċi tagħhom. Tali, infatti, huwa s-sinifikat fundamentali propju tal-attrazzjoni perenni u reċiproka tal-maskulinità u l-femminilità, kontenuta fir-realtà stess tal-kostituzzjoni tal-bniedem bħala persuna, ġisem u sess flimkien.

5. Mal-għaqda jew “komunjoni” personali li għaliha huma msejħa “sa mill-bidu” r-raġel u l-mara b’mod reċiproku, ma tikkorrispondix, anzi hija f’kuntrast ċ-cirkustanza potenzjali li waħda miż-żewġ persuni teżisti biss bħala suġġett ta’ sodisfazzjon tal-bżonn sesswali, u l-oħra ssir b’mod esklussiv oġġett ta’ tali sodisfazzjon. Barra minn dan, ma jikkorrispondix għal tali unità ta’ “komunjoni” – anzi jikkuntrasta – il-każ li t-tnejn li huma, ir-raġel u l-mara, jeżistu b’mod mutwu bħala oġġett tas-sodisfazzjon tal-bżonn sesswali, u kull wieħed min-naħa tiegħu ikun biss suġġett ta’ dak is-sodisfazzjon. Tali “tnaqqis” ta’ kontenut hekk għani tal-attrazzjoni reċiproka u perenni tal-persuni umani fil-maskulinità u l-femminilità tagħhom, appuntu ma jikkorrispondix għan-“natura” tal-attrazzjoni in kwestjoni. Infatti, tali “tnaqqis jitfi s-sinifikat personali u “ta’ komunjoni”, propju tar-raġel u tal-mara, permezz ta’ liema, skont Ġenesi 2,24, “ir-raġel… jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed”. Il- “konkupixxenza” tbiegħed id-dimensjoni intenzjonali tal-eżistenza reċiproka tar-raġel u tal-mara mill-prospettivi personali u “ta’ komunjoni”, propji tal-attrazzjoni perenni u reċiproka, waqt li tirriduċiha u, biex ngħidu hekk, tinbuttaha lejn dimensjonijiet utilitarji, fl-ambitu ta; liema l-esseri uman “jinqeda” bl-esseri uman l-ieħor, “waqt li jużah” biss biex jissodisfa il-“bżonnijiet” propji.

6. Jidher li donna appuntu nistgħu nsibu tali kontenut, mgħobbi b’esperjenza umana interna propja ta’ epoki u ambjanti differenti, fl-isqarrija konċiża ta’ Kristu fid-Diskors tal-Muntanja. Fl-istess ħin, ma tistà fl-ebda każ titlef minn quddiem għajnejk is-sinifikat li tali affermazzjoni tattribwixxi għall-“interjorità” tar-raġel, għad-dimensjoni integrali tal-“qalb” bħala dimensjoni tar-raġel intern. Hawn jinsab in-nukleju stess tat-trasformazzjoni tal-ethos, lejn liema ndirizzati l-kliem ta’ Kristu skont Mattew 5,27-28, espressi b’forza qawwija u fl-istess ħin b’sempliċità  tal-għaġeb.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.