57. Duttrina pawlina tal-purezza bħala “ħajja skont l-ispirtu”

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 18/03/1981.

1. Fil-laqgħa tagħna ta’ xi ġimgħat ilu, ikkonċentrajna l-attenzjoni tagħna fuq il-pass tal-ewwel Ittra lill-Korintin, li fiha San Pawl isejjaħ lill-ġisem uman “tempju tal-Ispirtu Santu”.

Huwa jikteb: “Jew ma tafux li ġisimkom huwa tempju tal-Ispirtu Santu li jinsab fikom u li għandkom mingħand Alla, u li ma jappertjenix lilkom stess? Infatti intom kontu mixtrija bi prezz għoli”(1Kor 6,19-20). “Ma tafux li l-iġsma tagħkom huma membri ta’ Kristu?” (1Kor 6,15). L-Appostlu jindika l-misteru tal-“fidwa tal-ġisem” imwettqa minn Kristu, bħala sors ta’ dover morali partikulari li jimpenja lill-insara għall-purezza, għal dik li l-istess Pawlu jiddefenixxi f’post ieħor bħala l-esiġenza li “nżommu l-ġisem propju tagħna bi qdusija u rispett” (1Ts 4,4).

2. Madankollu, ma jirnexxilniex niskopru sal-qiegħ l-għana tal-ħsieb kontenut fit-testi pawlini, jekk ma ninnotawx li l-misteru tal-fidwa jiffruttifika fil-bniedem ukoll b’mod kariżmatiku. L-Ispirtu Santu li, skont kliem l-Appostlu, jidħol fil-ġisem uman bħallikieku fit-“tempju” propju, jgħammar u jopera flimkien mad-doni spiritwali tiegħu. Fost dawn id-doni, magħrufin għall-istorja tal-ispiritwalità bħala s-sebà doni tal-Ispirtu Santu (cf.  11,2), l-iktar konġenjali mal-virtù tal-purezza donnu li hu d-don tal-“pietà” (eusébeiadonum pietatis) (1). Jekk il-purezza tiddisponi l-bniedem biex “iżomm il-ġisem propju bi qdusija u rispett”, bħal ma naqraw fl-ewwel Ittra lit-Tessalonkin (1Ts 4,3-5), il-pietà, li hija don tal-Ispirtu Santu, donnha sservi b’mod partikolari lill-purezza, waqt li tissensibilizza is-suġġett uman għal dik id-dinjità li hija propju tal-ġisem uman minħabba l-misteru tal-ħolqien u tal-fidwa. Grazzi għad-don tal-pietà, kliem Pawlu: “Ma tafux li ġisimkom huwa tempju tal-Ispirtu Santu li huwa fikom… u li ma tappartjenux għalikom infuskom” (1Kor 6,19), jakkwista l-elokwenza ta’ esperjenza u jsir verità ħajja u migħuxa fl-azzjonijiet. Huwa saħansitra jiftaħ l-aċċess l-iktar sħiħ tal-esperjenza tas-sinifikat sponsali tal-ġisem u tal-libertà tar-rigal marbuta miegħu, li fiha jiżvela ruħu l-wiċċ profond tal-purezza u r-rabta organika mal-imħabba.

3. Għalkemm il-manteniment tal-propju ġisem “bi qdusija u ruspett” jiġi ffurmat “permezz tal-astensjoni mill-pjaċir” – u tali triq hija ndispensabbli – madankollu jiffruttifika dejjem fl-esperjenza l-iktar profonda ta’ dik l-imħabba,  li kien miktub sa mill “bidu”, skont l-immaġni u x-xebħ ta’ Alla nnifsu, fl-esseri uman kollu u allura f’ġismi wkoll. Għalhekk San Pawl itemm l-argomentazzjoni tal-ewwel Ittra lill-Korintin fil-kapitolu 6 b’eżortazzjoni sinifikattiva: “Igglorifikaw mela lil Alla f’ġisimkom” (1Kor 6,20). Il-purezza bħala virtù jew aħjar ħila li “żżomm ġismek propju bi qdusija u rispett”, allejata mad-don tal-pietà, bħala frott tal-għamara tal-Ispirtu Santu fit-“tempju” tal-ġisem, tattwa fih tali milja ta’ dinjità fir-rapporti interpersonali, li l-istess Alla huwa hemm igglorifikat. Il-purezza, hija glorja tal-ġisem uman quddiem Alla. Hija l-glorja ta’ Alla fil-ġisem uman permezz ta’ liema jimmanifestaw ruħhom il-maskulinità u l-femminilità. Mill-purezza toħroġ bħala sbuħija singulari, li żżejjen kull sfera tal-konvivenza reċiproka tal-bnedmin u tippermetti li jesprimu ruħhom is-sempliċità u l-profondità, il-kordjalità u l-awtentiċità irripetibbli tal-affidament personali (forsi iktar tard tiġina okkażjoni oħra biex nittrattaw b’mod iktar wiesà din it-tema. Ir-rabta tal-purezza mal-imħabba u wkoll ir-rabta tal-istess purezza fl-imħabba ma’ dak id-don tal-Ispirtu Santu li hu l-pietà, tikkostitwixxi trama ftit li xejn magħrufa tat-tejoloġija tal-ġisem, li madankollu jixirqilha approfondiment partikolari. Dan jistà jkun imwettaq fil-kors tal-analiżi rigwardanti s-sagramentalità taż-żwieġ).

4. U issa referenza qasira għat-Testment il-Qadim. Id-duttrina pawlina dwar il-purezza, mifhuma bħala “ħajja skont l-Ispirtu”, donnha tindika ċerta kontinwità fil-konfront tal-Kotba “sapjenzjali” tat-Testment il-Qadim. Hemm niltaqgħu, per eżempju, mat-talba li ġejja biex tinkiseb il-purezza fil-ħsibijiet, kliem u opri: “Mulej, missier u Alla ta’ ħajti… Senswalità u pjaċir ma jaħkmunix, għal ħsibijiet ta’ mistħija ma nitlaqx ruħi” (Sir 23,4-6). Il-purezza hija nfatti kundizzjoni biex issib l-għerf u ssegwih, bħal ma naqraw fl-istess Ktieb: “Lilek (jiġifieri għall-għerf) nindirizza xewqti, u sibtha fil-purezza” (Sir 51,20). Barra minn dan, wieħed jistà wkoll b’xi mod jikkonsidra it-test tal-Ktieb tal-Għerf (Sap 8,21) magħruf mil-liturġija fil-verżjoni tal-vulgata:  “Scrivi quoniam aliter non possum esse continens, nisi Deus det; et hoc ipsum erat sapientiae, scire, cuius esset hoc donum” (Din il-verżjoni tal-vulgata, ippriservata min-Neo-Volgata, u mil-liturġija, ikkwotata spiss minn Wistin [De sacra virginitate, par. 43; Confessiones, VI, 11; X, 29; Sermo CLX, 7], tibdel madankollu s-sens tal-Grieg oriġinali, li jittraduċi lilu nnifsu hekk: Waqt li naf li altriment ma kontx niksbu,  [-l-Għerf] jekk Alla ma kienx jikkonċedihuli….”.

Skont tali kunċett, mhux tant il-purezza hija kondizzjoni tal-għerf daqskemm l-għerf ikun kundizzjoni tal-purezza, bħallikieku don partikulari ta’ Alla. Donnu li diġa fit-testi sapjenzjali hawn fuq ikkwotati jiddelineja ruħu is-sinifikat doppju tal-purezza: bħala virtù u bħala don. Il-virtù hija għas-servizz tal-għerf, u l-għerf jippredisponi biex jilqà d-don li jiġi mingħand Alla. Dan id-don iqawwi l-virtù u jippermetti li ngawdu, fil-għerf, il-frott ta’ mġieba u ta’ ħajja li huma puri.

5. Bħal Kristu fil-beatitudni tiegħu tad-Diskors tal-Muntanja, liema waħda tirreferi għall-“puri f’qalbhom”, jimponi b’emfasi il-“viżjoni ta’ Alla”, frott tal-purezza u fi prospettiva eskatoloġika, hekk Pawlu min-naħa tiegħu jemfasizza l-irradjazzjoni tiegħu fid-dimensjonijiet tat-temporalità, meta jikteb: “Kollox huwa pur għall-puri; imma għal dawk ikkontaminati u għal dawk infidili xejn mhu pur; huma kkontaminati moħħhom u l-kuxjenza tagħhom. Jiddikjaraw li jafu lil Alla, imma jiċħduh b’fattihom…” (Tt 1,15ss.). Dan il-kliem jistà jirreferi wkoll għall-purezza, fis-sens ta’ liema jitkellmu l-ewwel Ittra lit-Tessalonkin (1Ts 4,3-5) u l-ewwel Ittra lill-Korintin (1Kor 6,13-20), jiġifieri fis-sens tal-“ħajja skont l-Ispirtu”, tidher donnha fundamentali – bħal ma jirriżulta mit-totalità ta’ dawn il-konsiderazzjonijiet tagħna –  l-antropologija tat-tnissil mill-ġdid fl-Ispirtu Santu  (cf. Gw 3,5ss.). Hija tikber mill-għeruq mgħaddsa fir-realtà tal-fidwa tal-ġisem, imwettqa minn Kristu: fidwa, l-espressjoni aħħarija ta’ liema huwa l-qawmien mill-imwiet. Hemm raġunijiet profondi biex jgħaqqdu t-tematika kollha kemm hi tal-purezza mal-kliem tal-Vanġelu f’liema Kristu jirreferi għall-qawmien ( u dan jikkostitwixxi it-tema tal-istadju ulterjuri tal-konsiderazzjonijiet tagħna). Hawn enfasizzajna fuq kollox l-pożizzjoni mal-ethos tal-fidwa tal-ġisem.

6. Il-mod ta’ fehim u tal-preżentazzjoni tal-purezza – miruta mit-tradizzjoni tat-Testment il-Qadim u karatteristiku tal-Kotba “Sapjenzjali” – kien bla dubju ta’ xejn wieħed indirett, imma xejn inqas reali preparazzjoni għad-duttrin pawlina dwar il-purezza mifhuma bħala “ħajja skont l-Ispirtu”. Bla dubju dak il-mod kien iħaffef ukoll għall-bosta semmiegħa tad-Diskors tal-Muntanja il-fehim tal-kliem ta’ Kristu, meta hu, waqt li spjega l-kmandament “la tikkommettix adulterju”, irrifera għall-“qalb” umana. It-totalità tar-riflessjonijiet tagħna setgħet b’dan il-mod turi, almenu f’ċertu qies, b’liema għana u b’liema profondità tiddistingwi ruħha d-duttrina dwar il-purezza fl-istess fonti bibbliċi u evanġeliċi tagħha.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >