Veru każ ta’ ‘slippery slope’.

Print Friendly, PDF & Email

Fid-19 ta’ Marzu, filwaqt li l-gvernijiet f’kull naħa tad-dinja kienu qed jitħabtu biex isalvaw il-ħajjiet minn trabi sal-aktar anzjani mill-pandemija tal-coronavirus, il-Parlament ta’ New Zealand, immexxi minn Jacinda Ardern, għadda liġi li tiftaħ l-abort għal nisa li jagħżlu li jtemmu t-twelid tat-tarbija sa 20 ġimgħa ta’ tqala. Issa, minn 20 ġimgħa saret 9 xhur.

Barra minn dan, fi New Zealand fl-aħħar 40 sena, il-ligi kienet tippermetti abort biss jekk ikun hemm periklu serju għas-saħħa tal-mara u dan irid ikun approvat minn żewġ tobba. Bil-liġi l-ġdida ma jkunx hemm bżonn li mara tiġi ċertifikata dwar il-kundizzjoni mentali jew fiżika tagħha. Il-liġi tad-19 ta’ Marzu għaddiet bi 68 voti favur għal 51 kontra.

Min-naħa l-oħra, l-Unjoni Ewropea qed tipprommwovi l-abort. Xi ħadd jgħid: “Imma l-Unjoni Ewropea ma tistax timponi l-abort fuq il-pajjiżi-membri.” Veru, imma ġġibek f’sitwazzjoni li jkollok taċċetta għax, per eżempju, ma tħallikx tikkwalifika għal ċerta għajnuna finanzjarja. U nafu x’saħħa għandhom il-flus.

Minn Joe Galea

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: