63. Responsabilità etika tal-artista fit-trattament tat-tema tal-ġisem uman

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali – 06/05/1981.

1.Fid-Diskors tal-Muntanja Kristu ppronunzja l-kliem li għalihom iddedikajna serje ta’ riflessjonijiet fi żmien ta’ kważi sena.

Waqt li spjega lis-semmiegħa tiegħu is-sinifikat propju tal-kmandament : “La tikkommettix adulterju”, Kristu jesprimi lilu nnifsu hekk: “Imma jien ngħidilkom: Kulmin iħares lejn mara biex jixtieqha diġa kkommetta adulterju magħha f’qalbu” (Mt 5,28). Donnu li l-imsemmi kliem jirreferi wkoll għall-ambiti vasti tal-kultura umana, speċjalment dawk tal-attività artistika, li dwarhom diġa tkellimna dan l-aħħar, waqt diversi laqgħat tal-Erbgħa. Illum ikun aħjar li niddedikaw il-parti finali għall-problema tar-rapport bejn l-ethos tal-immaġni – jew tad-deskrizzjoni – u l-ethos tal-viżjoni jew tas-smigħ, tal-qari jew ta forom oħra ta’ riċezzjoni konjittiva, li biha jiltaqà il-kontenut tal-opra tal-arti jew tal-awdjoviżjoni mifhuma b’sens wiesà.

2. U hawn nerġgħu lura għal darb’oħra għall-problema indikata qabel: jekk u f’liema miżura l-ġisem uman, fil-verità viżibbli kollha tal-maskulinità u l-femminilità, jistà jkun tema tal-opra tal-arti u, għal dan stess, tema ta’ dik il-“komunikazzjoni” speċifika, soċjali, għal-liema tali opra hija ddestinata. Din il-mistoqsija tirreferi ferm iktar għall-kultura kontemporanja tal-“massa”, marbuta mat-tekniki awdjoviżivi. Jistà l-ġisem uman ikun tali mudell-tema, meta aħna nafu li ma dan hija marbuta dik l-oġġettività “mingħajr għażla” li l-ewwel sejjaħnielha anonimità, u li donnha ġġorr magħha theddida potenzjali gravi tal-isfera kollha tas-sinifikati, propja tal-ġisem tar-raġel u tal-mara, minħabba l-karattru personali tas-suġġett uman u tal-karattru ta’ “komunjoni” tar-rapporti interpersonali?

Wieħed jistà jżid ma’ dan il-punt li l-espressjonijiet “pornografija” u “pornoviżjoni” – minkejja l-etimoloġija antika tagħhom – dehru fil-lingwaġġ relattivament tard. It-terminoloġija tradiżżjonali Latina kienet tinqeda bil-vokabolu ob-scaena, tindika b’dan il-mod dak kollu li m’għandux isib ruħu quddiem għajnejn l-ispettaturi, dak li għandu jkun imdawwar b’diskrezzjoni konvenjenti, dak li ma jistax ikun ppreżentat għall-ħars uman mingħajr ebda għażla.

3. Waqt li ntennu l-mistoqsija preċedenti nintebħu li, de facto, fil-kors ta’ epoki sħaħ tal-kultura umana u tal-attività artistika, il-ġisem uman kien u hu tali mudell-tema tal-opri tal-arti viżivi, hekk bħal ma l-isfera kollha tal-imħabba bejn ir-raġel u l-mara, u, marbuta magħha, wkoll l-“għotja reċiproka” tal-maskulinità u l-femminilità fl-espressjoni tagħhom korporja, kienet, hi u tibqà tema tan-narrattiva letterarja. Tali narrazzjoni sabet il-post tagħha wkoll fil-Bibbja, speċjalment fit-test tal-“Kantiku tal-Kantiċi”, li jkun sewwa li naqbduh f’ċirkostanza oħra.  Anzi, hemm bżonn nosservaw li fl-istorja tal-letteratura jew tal-arti, fl-istorja tal-kultura umana, din it-tema tfiġġ partikolarment spiss u hija partikolarment importanti. Infatti dan jirrigwarda problema li fiha nfisha hija kbira u mportanti.  Dan immanifestajnieh sa mill-bidu nett tar-riflessjonijiet tagħna, waqt li segwejna l-passi tat-testi bibbliċi, li jirrivelawlna d-dimensjoni ġusta ta’ din il-problema: jiġifieri d-dinjità tal-bniedem fil-korporjetà maskili u femminili tiegħu, u s-sinifikat sponsali tal-femminilità u l-maskulinità, miktub fl-istruttura interna kollha kemm hi – u fl-istess ħin viżibbli – tal-persuna umana.

4. Ir-riflessjonijiet preċedenti tagħna ma kellhomx il-ħsieb li jqanqlu dubju dwar id-dritt ta’ din it-tema. Huma jimmiraw biss li juru li t-trattament tiegħu huwa marbut mar-responsabiltà partikulari ta’ natura mhux biss artistika, imma wkoll etika. L-artista, li  jiddeċiedi li jidħol għal din it-tema fi kwalunkwè sfera tal-arti jew permezz tat-tekniki awdjoviżivi, hemm bżonn li jkun kuxjenti tal-verità sħiħa tal-oġġett, tal-iskala kollha ta’ valuri marbutin magħha; hemm bżonn mhux biss li jagħti każ tagħhom in abstracto, imma wkoll jgħixhom huwa stess b’mod korrett. Dan jikkorrispondi ugwalment ma’ dak il-prinċipju tal-“purezza tal-qalb”, li f’każijiet determinati jkun hemm bżonn li jiġu ttrasferiti mill-isfera eżistenzjali tal-atteġgjamenti u tal-komportamenti għall-isfera intenzjonali tal-ħolqien jew tar-riproduzzjonijiet artistiċi.

Donnu li l-proċess ta’ tali ħolqien ifittex mhux biss l-oġġettivazzjoni (u f’ċertu sens il-“materjalizzazzjoni” il-ġdida) tal-mudell, imma, fl-istess ħin, li jesprimi f’tali oġġettivazzjoni dak li jistà jissejjaħ l-idea krejattiva tal-artist, li fiha appuntu timmanifesta il-binja nterna tiegħu tal-valuri, mela wkoll l-għixien tal-verità tal-oġġett tiegħu. F’dan il-proċess titwettaq trasfigurazzjoni karatteristika tal-mudell jew tal-materja u, b’mod partikulari, ta’ dak li huwa l-bniedem, il-ġisem uman fil-verità kollha tal-maskulinità u l-femminilta tiegħu (minn dan il-punt di vista, kif diġa semmejna, hemm differenza rilevanti sewwa, per eżempju, bejn il-kwadru jew l-iskultura u bejn il-fotografija u l-film). L-ispettatur, mistieden mill-artista biex jara l-opra tiegħu, jikkomunika mhux biss mal-oġġettivazzjoni, u allura, f’ċertu sens, ma’ “materjalizzazzjoni” ġdida tal-mudell jew tal-materja, imma fl-istess ħin, jikkomunika mal-verità tal-oġġett li l-awtur, fil-“materjalizzazzjoni” artistika tiegħu, irnexxielu jesprimi bil-mezzi  propji tiegħu.

5. Fil-korsa tal-epoki differenti, nibdew mill-antikità – u speċjalment fl-istaġun kbir tal-arti klassika Griega – hemm opri tal-arti, li t-tema tagħhom huwa l-ġisem tal-bniedem fl-għera tiegħu, u li l-kontemplazzjoni tagħhom tippermetti li nikkonċentraw, f’ċertu sens, fuq il-verità kollha tal-bniedem, fuq id-dinjità u fuq is-sbuħija – ukoll dik “soprasenswali” – tal-maskulinità u l-femminilità.Dawn l-opri iġorru fihom, kważi moħbi, element ta’ sublimazzjoni, li jmexxi lill-ispettatur, permezz tal-ġisem, għall-misteru personali ntern tal-bniedem. F’kuntatt ma’ tali opri fejn inħossuna ddeterminati mill-kontenut tagħhom lejn “il-ħars biex tixtieq”, li minnu jitkellem id-Diskors tal-Muntanja, nitgħallmu f’ċertu sens dak is-sinifikat sponsali tal-ġisem, li huwa l-korrispondent u l-miżura tal-“purezza tal-qalb”.  Imma hemm ukoll opri tal-arti, u forsi iktar spiss riproduzzjonijiet, li jqanqlu oġġezzjoni fl-isfera tas-sensibiltà personali tal-bniedem – mhux minħabba l-oġġett tagħhom, għaliex il-ġisem uman fih innifsu għandu dejjem dinjità inaljenabbli tiegħu – imma minħabba l-kwalità jew il-mod tar-riproduzzjoni, raffigurazzjoni, rappreżentazzjoni artistika tiegħu. Minn dan il-mod u minn din il-kwalità jistgħu jiddeċiedu l-fatturi diversi tal-opra jew tar-riproduzzjoni artistika.

Hija ħaġa magħrufa li permezz ta’ dawn l-elementi kollha ssir, f’ċertu sens, aċċessibbli għall-ispettatur, kif għall-iskultatur jew għall-qarrej, l-istess intenzjonalità fondamentali tal-opra tal-arti jew tal-prodott ta’ tekniki relattivi.  Jekk is-sensibiltà personali tagħna tirrejaġixxi b’oġġezzjoni u b’diżapprovazzjoni, dan huwa għaliex f’dik l-intenzjonalità fondamentali, flimkien mal-oġġettivazzjoni tal-bniedem u ta’ ġismu, niskopru indispensabbli għall-opra tal-arti, jew ir-riproduzzjoni tagħha, ir-riduzzjoni kontemporanja tagħha għall-klassi ta’ oġġett, ta’ oġġett ta’ “pjaċir”, iddestinat għas-sodisfazzjon tal-konkupixxenza nfisha. U dan jimponi ruħu kontra d-dinjità tal-bniedem ukoll fl-ordni ntenzjonali tal-arti u tar-riproduzzjoni. Għal analoġija, hemm bżonn li nirreferu l-istess ħaġa għall-oqsma diversi tal-attività artistika – skont l-ispeċifità rispettiva – kif ukoll għad-diversi tekniki.

6. L-enċiklia Humanae Vitae ta’ Pawlu VI (Pawlu VI, Humanae Vitae, 22) tenfasizza l-bżonn li “tinħoloq klima favorevoli għall-edukazzjoni tal-kastita”; u b’dan nifhmu asserzjoni li l-għixien tal-ġisem uman fil-verità kollha tal-maskulinità u l-femminilità tiegħu trid tikkorrispondi mad-dinjità ta’ dan il-ġisem u mas-sinifikat tiegħu fil-kostruzzjoni tal-komunjoni tal-persuni. Wieħed jistà jgħid li din hija waħda mid-dimensjonijiet fundamentali tal-kultura umana, mifhuma bħala affermazzjoni li tinnobilita dak kollu li huwa uman. Għal din ir-raġuni ddedikajna dan it-traċċjat qasir għall-problema li, fil-qosor, tistà tkun imsejħa tal-ethos tal-immaġni. Din hija l-immaġni li sservi għal “viżibilizzazzjoni” tal-bniedem, u li hemm bżonn nifhmu f’sens iktar jew inqas dirett. L-immaġni skolpita jew impittra “tesprimi b’mod viżiv” il-bniedem; b’mod ieħor “tesprimih viżivament” ir-rappreżentazzjoni tejatrali jew l-ispettaklu taż-żfin(ballet), b’mod ieħor il-film; ukoll l-opra letterarja, bil-mod tagħha, tfittex li tqanqal immaġni nterna, waqt li tinqeda bir-rikkezzi tal-fantasija jew tal-memorja umana. Mela dak li hawn laqqamna bħala l-“ethos tal-immaġni” ma jistax jitqies billi naqilgħuh mill-komponent korrelattiv, li hemm bżonn li jissejjaħ l-“ethos tal-vista”. Bejn il-komponent u l-ieħor hemm miġbur il-proċess kollu ta’ komunikazzjoni, indipendentement mill-vastità taċ-ċrieki li tiddeskrivi din il-komunikazzjoni, li f’dan il-każ hija dejjem “soċjali”.

7. Il-ħolqien tal-klima favorevoli għall-edukazzjoni tal-kastità fih dawn iż-żewġ komponenti; rigward, biex ngħidu hekk, ċirkuwitu reċiproku li jseħħ bejn l-immaġni u l-vista, bejn l-ethos tal-immaġni u l-ethos tal-vista. Bħall-ħolqien tal-immaġni fis-sens wiesà u differenzjat tat-terminu, jimponi lill-awtur, artista jew riproduttur, obbligi ta’ natura mhux biss estetika imma wkoll etika, hekk ukoll il-“ħars lejn”, mifhum skont l-istess analoġija wiesgħà, jimponi obbligi lil dak li huwa reċettur tal-opra.

L-attività awtentika u responsabbli tfittex li tissupera l-anonimità tal-ġisem uman bħala oġġett “mingħajr għażla”, waqt li tfittex (bħal ma diġa kien qabel), permezz tal-isforz krejattiv, espressjoni artistika tali tal-verità dwar il-bniedem fil-korporjetà femminili u maskili, li tiġi assenjata biex ngħidu hekk bħala dmir lill-ispettatur u, bħala skop addizzjonali, lil kull riċevitur tal-opra. Minnu, min-naħa tiegħu, jiddependi jekk jiddeċidix li jwettaq l-isforz tiegħu biex javviċina għal tali verità, jew inkella jibqax biss “konsumatur” superfiċjali tal-impressjonijiet, jiġifieri wieħed li jisfrutta l-laqgħa mal-anonima tema-ġisem biss fil-livell tas-senswalità li, minnha nfiha, tirrejaġixxi għall-oġġett tiegħu appuntu “mingħajr għażla”.

Hawn intemmu dan il-kapitolu mportanti tar-riflessjonijiet tagħna dwar it-tejoloġija tal-ġisem, li l-punt tat-tluq tiegħu kien il-kliem ippronunzjat minn Kristu fid-Diskors tal-Muntanja: kliem validu għall-bniedem taż-żmenijiet kollha, għall-bniedem “storiku”, u validu għal kull wieħed u waħda minna.

Ir-riflessjonijiet dwar it-tejoloġija tal-ġisem madankollu ma jkunux sħaħ, jekk ma nikkunsidrawx kliem ieħor ta’ Kristu, jiġifieri dak li fih huwa jalludi għall-qawmien futur. Għal dan mela nipproponu li niddedikaw iċ-ċiklu li jmiss tal-konsiderazzjonijiet tagħna.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >

%d bloggers like this: