72. L-istat tal-bniedem “tat-trab” mal-istat tal-bniedem irxuxtat

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali –  10/02/1982.

1. Mill-kliem ta’ Kristu fuq il-qawmien mill-imwiet futur tal-iġsma, irrakkuntat mit-tliet Vanġeli sinottiċi (Mattew, Marku u Luqa}, għaddejna fir-riflessjonijiet tagħna għal dak li dwar dik it-tema jikteb Pawlu fl-ewwel ittra lill-Korintin (1 Kor 15).

L-analiżi tagħna tiċċentra ruħha speċjalment dwar dak li iva tistà tissejjaħ “antropoloġija tal-qawmien mill-imwiet” skont San Pawl. L-Awtur tal-ittra jikkuntrasta l-istat tal-bniedem “tat-trab” (jiġifieri storiku) mal-istat tal-bniedem irxuxtat, waqt li jikkaratterizza, b’mod mingħajr ebda elaborazzjoni u fl-istess ħin penetranti, “is-sistema ta’ qawwiet” interna speċifika ta’ kull wieħed minn dawn l-istati.

2. Li din is-sistema ta’ qawwiet interna trid iġġarrab fil-qawmien mill-imwiet trasformazzjoni radikali, donnha indikata, l-ewwelnett, mill-kontrappożizzjoni bejn ġisem “dgħajjef” u ġisem “mimli qawwa”. Pawlu jikteb: “Jiżrà lilu nnifsu korruttibbli u jqum inkorruttibli: jiżrà lilu nnifsu vili u jqum glorjuż, jiżrà lilu nnifsu dgħajjef u jqum mimli qawwa” (1 Kor 15, 42-43). “Dgħajjef” huwa mela l-ġisem li – biex nużaw il-lingwaġġ metafiżiku – iqum mill-art temporali tal-umanità. Il-metafora pawlina tikkorrispondi b’mod ugwali mat terminoloġija xjentifika, li tiddefenixxi il-bidu tal-bniedem għaliex ġisem bl-istess terminu (“semen”). Jekk, għall-għajnejn l-Appostlu, il-ġisem uman li jqum miż-żerriegħa terrestri jirriżulta “dgħajjef”, dan ifisser mhux biss li huwa “korruttibbli”, sottopost għall-mewt u għal dak kollu li jġorru ‘l hemm, imma wkoll li huwa “ġisem annimalesk”. (L-oriġinal Grieg juża t-terminu psychikón. F’San Pawl huwa jidher biss fl-ewwel ittra lill-Korintin [2, 14; 15, 44; 15, 46] u mkien iktar, probabilment minħabba t-tendenzi preanjostiċi tal-Korintin, u għandu sinifikat peġġjorattiv; rigward il-kontenut jikkorrispondi mat-terminu “karnali” [cf. 2Kor 1,12; 10,4]. Madankollu fl-ittri l-oħra pawlini il-“psike” u d-derivanti tagħha jfissru l-eżistenza terrena tal-bniedem fil-manifestazzjonjiet tagħha, il-mod tal-għixien tal-individwu u saħansitra l-istess persuna f’sens pożittiv [per eżempju, biex tindika l-ideal tal-ħajja tal-komunità ekkleżjali: miâpsychê-i “fi spirtu wieħed”: Fil 1, 27; sýmpsychoi = “bl-għaqda tal-ispirti tagħkom”: Fil 2, 2; isópsychon = “ta’ moħħ ugwali”: Fil 2, 20; cf. R Jewett, Paul’s Anthropological Terms. A. Study of Their Use in Conflict Settings, Leiden 1971, Brill, pp. 2, 448-449]). Il-ġisem “mimli qawwa”, minflok, li l-bniedem werriet tal-aħħar Adam, Kristu, billi huwa parteċipi tal-qawmien mill-imwiet futur se jkun ġisem “spiritwali”. Huwa se jkun inkorruttibli, mhux iktar mhedded mill-mewt. Hekk, mela, il-konflitt “dgħajjef-mimli qawwa” jirreferi b’mod espliċitu mhux tant għall-ġisem ikkonsidrat għalih waħdu, daqs kemm għall-kostituzzjoni tal-bniedem ikkunsidrata fil-korporjetà tagħha. Biss fil-kwadru ta’ tali kostituzzjoni il-ġisem jistà jsir “spiritwali”; u tali spiritwalizzazzjoni tal-ġisem tkun is-sors tal-qawwa u l-inkorruttibiltà (jew immortalità) tiegħu.

3. Din it-tema għandha l-oriġni tagħha diġa fl-ewwel kapitoli tal-ktieb tal-Ġenesi. Nistgħu ngħidu li San Pawl jara r-realtà tal-qawmien mill-imwiet futur bħala ċertu “restitutio in integrum”, jiġifieri bħala r-rintegrazzjoni u fl-istess ħin ir-raġġjunġiment tat-totalità tal-umanità. Mhux biss restituzzjoni, għaliex f’tali każ il-qawmien mill-imwiet ikun, f’ċertu sens, ritorn għal dak l-istat, li fih kienet tieħu sehem ir-ruħ qabel id-dnub, barra mill-għarfien tat-tajjeb u tal-ħażin (cf. Ġen 1-2). Imma tali ritorn ma’ jikkorrispondix mal-loġika interna tal-ekonomija feddejja kollha, għall-iktar sinifikat profond tal-misteru tal-fidwa. “Restitutio in integrum”,  marbuta mal-qawmien mill-imwiet u r-realtà tad-“dinja l-oħra”, tistà tkun biss introduzzjoni għal totalità ġdida. Din tkun totalità li tassumi l-istorja kollha tal-bniedem, iffurmata mid-dramm tas-siġra tal-għarfien tat-tajjeb u tal-ħażin (cf. Ġen 3) u fl-istess ħin mżejna bil-misteru tal-fidwa.

4. Skont il-kliem tal-ewwel ittra lill-Korintin, il-bniedem li fih il-konkupixxenza tieħu preċedenza fuq l-ispiritwalità, jiġifieri, il-“ġisem annimalesk” (1 Kor 15, 44), huwa kkundannat għall-mewt; hemm bżonn li minflok jirxoxta “ġisem spiritwali”, il-bniedem li fih l-ispirtu jikseb supremazija ġusta fuq il-ġisem, l-ispiritwalità fuq is-senswalità. Huwa faċli li tifhem li Pawlu għandu hawn f’moħħu is-senswalità bħala somma tal-fatturi li jikkostitwixxu l-limitazzjoni tal-ispiritwalità umana, jiġifieri bħala qawwa li “torbot” l-ispirtu (mhux neċessarjament fis-sens platoniku) permezz tar-restrizzjoni tal-fakoltà propja tiegħu li jagħraf (jara) l-verità u wkoll tal-fakultà li jrid b’mod liberu u li jħobb fil-verità. Ma jistax iżda jittratta hawn dwar dik il-funzjoni fondamentali tas-sensi, li sservi biex teħles l-ispiritwalità, jiġifieri tal-fakultà sempliċi tal-għarfien u tar-rieda, propju tal- “compositum” psikosomatiku tas-suġġett uman. Billi nitkellmu dwar il-qawmien mill-imwiet tal-ġisem, jiġifieri tal-bniedem fil-korporjetà awtentika tiegħu, konsegwentement il-“ġisem spiritwali irid ifisser  appuntu is-sensibiltà perfetta tas-sensi, l-armonizzazzjoni perfetta tagħhom flimkien mal-attività tal-ispirtu uman fil-verità u fil-libertà. Il-“ġisem annimalesk”, li huwa l-antitesi terrena tal-“ġisem spiritwali”, jindika minflok is-senswalità bħala qawwa li spiss tippreġudika l-bniedem, inkwantu li huwa, waqt li jgħix “fl-għarfien tat-tajjeb u tal-ħażin”, jiġi mħajjar u kważi mbuttat lejn il-ħażin.

5. Wieħed ma jistax jinsa li hawn hemm fin-nofs mhux tant id-duwaliżmu antropoloġiku, daqskemm awtonomija fundamentali. Minnha jagħmel parti mhux biss il-ġisem (bħala “hyle” aristotelika), imma wkoll ir-ruħ: jew aħjar, il-bniedem bħala “ruħ ħajja” (cf. Ġen 2, 7). Il-kostitwenti tagħha, iżda, huma: minn naħa l-bniedem kollu, it-totalità kollha tas-soġġettività psikosomatika tiegħu, in kwantu li jibqà taħt l-influss tal-Ispirtu vivifikanti ta’ Kristu; min-naħa l-oħra l-istess bniedem, inkwantu jirreżisti u jikkuntrasta għal dan l-Ispirtu. Fit-tieni każ, il-bniedem huwa “ġisem annimalesk” (u l-opri tiegħu huma “opri tal-ġisem”). Jekk, iżda, jibqà taħt l-influss tal-Ispirtu Santu, il-bniedem ikun “spiritwali” (u jipproduċi il-“frott tal-Ispirtu”) (Gal 5, 22).

6. Konsegwentement wieħed jistà jgħid li mhux biss f’1 Kor 15 għandna x’naqsmu mal-antropoloġija tal-qawmien mill-imwiet, imma li l-antropoloġija kollha (u l-etika) ta’ San Pawl huma ispirati mill-misteru tal-qawmien mill-imwiet, permezz ta’ liema aħna definittivament irċivejna l-Ispirtu Santu. Il-Kapitolu 15 tal-ewwel ittra lill-Korintin jikkostitwixxi l-interpretazzjoni pawlina tad-“dinja l-oħra” u tal-istat tal-bniedem f’dik id-dinja, li fiha kull wieħed, flimkien mal-qawmien mill-imwiet tal-ġisem,  jipparteċipa b’mod sħiħ fid-don tal-Ispirtu vivifikanti, jiġifieri fil-frott tal-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu.

7. Waqt li nikkonkludu l-analiżi tal-“antropoloġija tal-qawmien mill-imwiet” skont l-ewwel ittra ta’ Pawlu lill-Korintin, ikun aħjar li għal darb’oħra ndawru moħħna lejn dak il-kliem ta’ Kristu dwar il-qawmien mill-imwiet u dwar id-“dinja l-oħra”, li huwa rrakkuntat mill-Evanġelisti Mattew, Marku u Luqa. Niftakru li, waqt li wieġeb lis-Saduċej, Kristu għaqqad il-fidi tal-qawmien mill-imwiet mar-rivelazzjoni kollha tal-Alla ta’ Abraham, ta’ Iżakk, ta’ Ġakobb u ta’ Mosè, liema “mhuwiex Alla tal-mejtin, imma tal-ħajjin” (Mt 22, 32). U fl-istess ħin, waqt li ċaħad id-diffikultà mressqa mill-interlokuturi tieġħu, ippronunzja dan il-kliem sinifikattiv: “Meta nqumu mill-imwiet . . . la nieħdu mara u linqas raġel” (Mk 12, 25). Appuntu għal dak il-kliem – fil-kuntest immedjat tiegħu – iddedikajna l-kunsiderazzjonijiet preċedenti tagħna, waqt li mbagħad għaddejna għall-analiżi tal-ewwel ittra ta’ San Pawl lill-Korintin (1 Cor. 15).

Dawn ir-riflessjonijiet għandhom sinifikat fundamentali għat-tejoloġija kollha tal-ġisem: biex nifhmu kemm iż-żwieġ kif ukoll iċ-ċelibat “għas-saltna tas-smewwiet”. Għal dan l-aħħar argument se jkunu ddedikati l-analiżi ulterjuri tagħna.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.

Ara d-diskors oriġinali bit-Taljan >

%d bloggers like this: