90. Ir-rapport li jgħaqqad raġel u mara, irid jgħinna biex nifhmu l-imħabba li tgħaqqad lil Kristu mal-Knisja

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali –  18/08/1982.

1. Waqt li analizzajna il-komponenti rispettivi tal-ittra lill-Efesin, innotajna nhar l-Erbgħa li għaddew li, ir-rapport reċiproku bejn il-miżżewġin, raġel u mara, għandu jinftiehem mill-insara bħala xbiha tar-rapport bejn Kristu u l-Knisja.

Dan ir-rapport huwa rivelazzjoni u rajalizzazzjoni fiż-żmien tal-misteru tal-fidwa, tal-elezzjoni ta’ mħabba “moħbija” sa mill-eternità f’Alla. F’din ir-rivelazzjoni u rejalizzazzjoni il-misteru tal-fidwa jkopri l-medda partikolari tal-imħabba sponsali fir-rapport ta’ Kristu mal-Knisja, u allura jistà jesprimiha bil-mod l-iktar adegwat, waqt li jirrokorri għall-analoġija tar-rapport li hemm – li għandu jkun hemm – bejn ir-raġel u martu fiż-żwieġ. Tali analoġija tiċċara l-misteru, talinqas sa ċertu grad. Anzi, donnu li skont l-Awtur tal-ittra lill-Efesin, din l-analoġija tkun sussidjarja ta’ dik tal-“Ġisem Mistiku” (cf. Ef 1, 22-23), meta nfittxu li nesprimu il-misteru tar-rapport ta’ Kristu mal-Knisja u – waqt li nmorru ferm aktar ‘il bogħod – il-misteru tal-imħabba eterna ta’ Alla lejn il-bniedem, lejn l-umanità: il-misteru li jesprimi u jirrejalizza ruħu fiż-żmien permezz tar-rapport ta’ Kristu mal-Knisja.

2. Jekk – bħal ma ntqal – din l-analoġija tillumina l-misteru, hija nfisha min-naħa tagħha tiġi lluminata minn dak il-misteru. Ir-rapport sponsali li jgħaqqad il-miżżewġin, raġel u mara, għandu – skont l-Awtur tal-ittra lill-Efesin – jgħinna biex nifhmu l-imħabba li tgħaqqad lil Kristu mal-Knisja, dik l-imħabba reċiproka ta’ Kristu u tal-Knisja, li fiha jirrejalizza ruħu il-pjan divin etern tal-fidwa tal-bniedem. Madankollu, is-sinifikat tal-analoġija ma jintemmx hawn. L-analoġija użata fl-ittra lill-Efesin, waqt li tiċċara l-misteru tar-rapport ta’ Kristu mal-Knisja, fl-istess ħin tiżvela il-verità essenzjali dwar iż-żwieġ: jiġifieri, li ż-żwieġ jikkorrispondi mal-vokazzjoni tal-insara biss meta jirrifletti l-imħabba li Kristu-Għarus jirregala lill-Knisja l-għarusa tiegħu, u li l-Knisja (B’xebħ tal-mara miżżewġa “sottomessa”, mela pjenament irregalata) tfittex li tirreċiproka lil Kristu. Din hija l-imħabba redentriċi, feddejja, l-imħabba li biha l-bniedem sa mill-eternità kien maħbub minn Alla fi Kristu: “Li fih għażilna sa minn qabel il-ħolqien tad-dinja,/ biex inkunu qaddisin u mmakulati quddiemu . . .” (Ef 1, 4).

3. Iż-żwieġ jikkorrispondi mal-vokazzjoni tal-insara in kwantu miżżewġin biss jekk, appuntu, dik l-imħabba tirrifletti u tattwa ruħha. Dan isir ċar jekk infittxu li nirrieleġġu l-analoġija pawlina fid-direzzjoni inversa, jiġifieri billi nitilqu mir-rapport ta’ Kristu mal-Knisja, u billi mbagħad induru għar-rapport tar-raġel u l-mara miżżewġin fiż-żwieġ. Fit-test huwa użatt it-ton eżortattiv: “In-nisa miżżewġin għandhom ikunu sottomessi għal żwieġhom . . . bħal ma l-Knisja hija sottomessa għal Kristu”. U minn parti oħra: “Intom irġiel miżżewġa, ħobbu lin-nisa tagħkom, bħal ma Kristu ħabb lill-Knisja . . .”. Dawn l-espressjonijiet juru li hawn jidħol obbligu  morali. Madankollu, biex inkunu nistgħu nirrakkomandaw tali obbligu, hemm bżonn nammettu li fl-essenza stess taż-żwieġ hemm miġbura partiċella tal-istess misteru. Inkella, din l-analoġija kollha tibqà mdendla fil-vojt. L-istedina tal-Awtur tal-ittra lill-Efesin, indirizzata lill-miżżewġin, sabiex jimmudellaw ir-rapport reċiproku tagħhom bħar-rapport ta’ Kristu mal-Knisja (“kif – hekk”), tkun nieqsa minn bażi rejali, bħallikieku tonqosha l-art taħt saqajha. Tali hija l-loġika tal-analoġija wżatha fit-test ikkwotat lill-Efesin.

4. Bħal ma wieħed jistà jara, din l-analoġija taħdem f’żewġ direzzjonijiet. Jekk minn banda, tippermettilna li nifhmu aħjar l-essenza tar-rapport ta’ Kristu mal-Knisja, mill-banda l-oħra, fl-istess ħin, tippermettilna li nippenetraw b’mod iktar profond fl-essenza taż-żwieġ, għal-liema huma msejħin l-insara. Hija timmanifesta, f’ċertu sens, il-mod li fih dan iż-żwieġ, fl-essenza l-iktar profonda tiegħu, joħroġ mill-misteru tal-imħabba eterna ta’ Alla lejn il-bniedem u l-umanità: minn dak il-misteru feddej, li jitwettaq fiż-żmien permezz tal-imħabba sponsali ta’ Kristu lejn il-Knisja. Waqt li nitilqu mill-kliem tal-ittra lill-Efesin (Ef 5, 22-33), nistgħu wara niżviluppaw il-ħsieb miġbur fl-analoġija il-kbira pawlina f’żewġ direzzjonijiet: kemm fid-direzzjoni ta’ fehim iktar profond tal-Knisja, kif ukoll fid-direzzjoni ta’ fehim iktar profond taż-żwieġ. Fil-konsiderazzjonijiet tagħna se nsegwu qabel xejn din tat-tieni, waqt li niftakru li, fil-bażi tal-fehim taż-żwieġ flessenza nnifisha tiegħu, hemm ir-rapport sponsali ta’ Kristu mal-Knisja. Dak ir-rapport jiġi analizzat mill-ġdid b’mod iktar eżawrjenti biex inkunu nistgħu nistabilixxu – waqt li nissopponu l-analoġija maż-żwieġ – b’liema mod dan isir sinjal viżibbli tal-misteru divin etern, fix-xebħ tal-Knisja magħquda ma’ Kristu. B’dan il-mod l-ittra lill-Efesin twassalna għall-bażi stess tas-sagramentalità taż-żwieġ.

5.Nerħulha, mela, għal analiżi partikolareġġjata tat-test. Meta naqraw fl-ittra lill-Efesin li “ir-raġel miżżewweġ  . . .  huwa kap ta’ martu bħal ma wkoll Kristu huwa kap tal-Knisja, hu li hu l-feddej ta’ ġismu”  (Ef 5, 23), nistgħu nissopponu li l-Awtur, li diġa qabel iċċara li s-sottomissjoni tal-mara miżzewġa għal żewġha, bħala kap, tiġi mifhumha bħala sottomissjoni reċiproka “fil-biżà ta’ Kristu”, tmur lura għall-kunċett radikat fil-mentalità taż-żmien, biex tesprimi qabel xejn il-verità dwar ir-rapport ta’ Kristu mal-Knisja, jiġifieri li Kristu huwa kap tal-Knisja. Huwa kap bħala “feddej ta’ ġismu”. Il-Knisja hija appuntu dak il-ġisem li – billi hija sottomessa f’kollox għal Kristu bħala kap tagħha – tirċievi mingħandu dak kollu, li minħabba fih issir u hija ġismu: jiġifieri l-milja tal-fidwa bħala don  ta’ Kristu, li “ta lilu nnifsu għaliha” sal-aħħar. L-“għoti bħala don” ta’ Kristu lill-Missier permezz tal-ubbidjenza sal-mewt tas-salib takkwista hawn sens strettament ekklesjoloġiku: “Kristu ħabb l-Knisja u ta lilu nnifsu għaliha” (Ef 5, 25). Permezz ta’ donazzjoni totali għall-imħabba ifforma l-Knisja bħala ġismu u kontinwament jibniha, waqt li jiddividi rasu. Bħala ras huwa feddej ta’ ġismu u, fl-istess ħin, bħala feddej huwa ras. Bħala ras u feddej tal-Knisja huwa wkoll għarus tal-għarusa tiegħu.

6. Intant il-Knisja hija  nfisha, inkwantu, bħala ġisem, tiġbor mingħand Kristu, kap tagħha, id-don sħiħ tal-fidwa bħala frott tal-imħabba ta’ Kristu u tad-donazzjoni tiegħu għall-Knisja: frott tad-donazzjoni ta’ Kristu sal-aħħar. Dak id-don tiegħu nnifsu lill-Missier permezz tal-ubbidjenza sal-mewt  (cf. Fil 2, 8) huwa kontemporanjament, skont l-ittra lill-Efesin, “għotja tiegħu nnifsu għall-Knisja”. F’din l-esspressjoni, l-imħabba redentriċi timbidel, ikolli ngħid, f’imħabba sponsali: Kristu, waqt li jagħti lilu nnifsu għall-Knisja, bl-istess att feddej ingħaqad darba għal dejjem magħha, bħala l-għarus mal-għarusa, bħala ir-raġel ma’ martu, waqt li jagħti permezz t’hekk dak kollu li darba għal dejjem huwa miġbur f’dak “l-għoti tiegħu nnifsu” tiegħu għall-Knisja. B’tali mod, il-misteru tar-redenzjoni tal-ġisem jaħbi fih, f’ċertu sens, il-misteru “taż-żwieġ tal-Ħaruf” (cf. Ap 19, 7). Ladarba Kristu huwa kap tal-ġisem, id-don kollu feddej tar-redenzjoni jippenetra l-Knisja bħala l-ġisem ta’ dak il-kap, u kontinwament jifforma s-sustanza essenzjali l-iktar profonda ta’ ħajjitha. U jifformaha bil-mod sponsali, minħabba li fit-test ikkwotat l-analoġija tal-ġisem-kap jgħaddi fl-analoġija tal-għarus-għarusa, jew pjuttost tar-raġel-mara. Dan juruh is-siltiet suċċessivi tat-test, li għalihom ikun aħjar li ngħaddu fli ġej.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.