Is-16-il anniversarju mill-mewt tal-Qaddej ta’ Alla Dun Mikiel Attard

Print Friendly, PDF & Email

It-30 ta’ Lulju 2020 jaħbat is-16-il anniversarju mill-mewt tal-Qaddej ta’ Alla Dun Mikiel Attard.Dun-Mikiel-Attard F’din l-okkażjoni, nhar is-Sibt li ġej, 1 ta’ Awwissu, Mons. Tarċis Camilleri, Vigarju Ġenerali, se jmexxi l-Quddiesa tas-6.30pm fis-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna Ta’ Pinu li sa tkun imxandra fuq TVM2 u fuq il-Facebook tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Dawk li talbu lil Dun Mikiel u qalgħu xi grazzja bl-interċessjoni tiegħu quddiem Alla, huma mħeġġa jgħarrfu b’dan lil Mons. Pawlu Cardona li hu responsabbli mill-Uffiċċju tal-Postulazzjoni.

Leave a Reply

%d bloggers like this: