102. Iż-Żwieġ huwa espressjoni effikaċi tal-qawwa feddejja ta’ Alla

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali –  01/12/1982.

1. Għamilna l-analiżi tal-ittra lill-Efesin, u speċjalment tal-pass tal-kapitolu 5, 22-33, fil-prospettiva tas-sagramentalità taż-żwieġ. Issa se nerġgħu nfittxu għal darb’oħra li nikkunsidraw l-istess test fid-dawl tal-kliem tal-Vanġelu u tal-ittri pawlini lill-Korintin u lir-Rumani.

Iż-żwieġ – bħala sagrament imnissel mill-misteru tar-Redenzjoni u mnissel mill-ġdid, f’ċertu sens, fl-imħabba sponsali ta’ Kristu u tal-Knisja – huwa espressjoni effikaċi tal-qawwa feddejja ta’ Alla, li tirrejalizza id-disinn etern tiegħu ukoll wara d-dnub u minkejja l-konkupixxenza tripla, moħbija fil-qalb ta’ kull bniedem, maskju u femmina. Bħala  espressjoni sagramentali ta’ dik il-qawwa feddejja, iż-żwieġ huwa wkoll eżortazzjoni biex jiddomina l-konkupixxenza (bħal ma jitkellem Kristu fid-Diskors tal-Muntanja). Frott ta’ tali dominju huwa l-għaqda u l-indissolubiltà taż-żwieġ, u barra minn dan, is-sens profond tad-dinjità tal-mara fil-qalb tar-raġel (bħal ma wkoll dwar id-dinjità tar-raġel fil-qalb tal-mara), kemm fil-konvivenza konjugali, kif ukoll f’kull ambitu ieħor tar-rapporti reċiproċi.

2. Il-verità, skont liema ż-żwieġ, bħala sagrament tar-redenzjoni, huwa mogħti “lill-bniedem tal-konkupixxenza”, bħala grazzja u fl-istess ħin bħala ethos, sab espressjoni partikulari wkoll fit-tagħlim ta San Pawl, speċjalment fis-7° kapitolu tal-ewwel ittra lill-Korintin. L-Appostlu, waqt li jikkonfronta ż-żwieġ mal-verġinità (jew aħjar mar-rażan għas-saltna tas-smewwiet”) u waqt li jiddikjara lilu nnifsu favur is-“superjorità” tal-verġinità, dikjarata b’mod ugwali li “kull wieħed għandu il-propju don ta’ Alla, min b’mod u min b’ieħor” (1 Kor7, 7). A bażi tal-misteru tar-Redenzjoni, mela jikkorrispondi għaż-żwieġ “don” partikolari, jew aħjar il-grazzja. Fl-istess kuntest L-Appostlu waqt li jagħti pariri lid-destinatarji tiegħu, jirrakkomanda ż-żwieġ “ġħall-periklu tar-rażan” (1 Kor 7, 2), u wara jirrakkomanda lill-miżżewġin li “ir-raġel miżżewweġ jwettaq dmiru lejn martu; ugwalment ukoll il-mara lejn żewġha” (1Kor 7,3). U jkompli hekk: “Ikun aħjar li tiżżewweġ milli tinħaraq” (1 Kor 7, 9).

3. Dwar dawn l-espressjonijiet pawlini iffurmat ruħha l-opinjoni li ż-żwieġ jikkostitwixxi speċifiku “remedium concupiscentiae”. Madankollu San Pawl, li, bħal ma diġa stajna ninnutaw, jgħallem b’mod espliċitu li ż-żwieġ jikkorrispondi “don” partikulari u li fil-misteru tar-Redenzjoni ż-żwieġ huwa mogħti lir-raġel u lill-mara bħala grazzja, jesprimi fi kliemu, suġġestiv u fl-istess ħin paradossali, sempliċement il-ħsieb li ż-żwieġ huwa assenjat lill-miżżewġin bħala ethos. Fil-kliem pawlin “Huwa aħjar li wieħed jiżżewweġ milli jinħaraq” il-verb “jinħaraq” ifisser id-diżordni tal-passjonijiet, li jiġu mill-istess konkupixxenza tal-ġisem (b’mod analogu tiġi ppreżentata l-konkupixxenza fit-Testment il-Qadim mis “Siraċide) (cf. Sir 23, 17). Iż-“żwieġ”, iżda, ifisser l-ordni etiku, introdott b’mod konsapevoli f’dan l-ambitu. Wieħed jistà jgħid li ż-żwieġ huwa post ta’ laqgħa tal-eros mal-ethos u tal-kompenetrazzjoni reċiproka tagħhom fil-“qalb” tar-raġel u tal-mara, kif ukoll fir-rapporti reċiproci kollha tagħhom.

4. Din il-verità – li jiġifieri ż-żwieġ, bħala sagrament li ħareġ mill-misteru tar-Redenzjoni, huwa mogħti lill-bniedem “storiku” bħala grazzja u fl-istess ħin bħala ethos – tiddetermina barra minn hekk il-karattru taż-żwieġ bħala wieħed mis-sagramenti tal-Knisja. Bħala sagrament tal-Knisja, iż-żwieġ għandu natura ta’ indissolubiltà. Bħala sagrament tal-Knisja, huwa huwa wkoll kelma tal-Ispirtu, li tħeġġeg lir-raġel u lill-mara biex jimmudellaw il-konvivenza kollha tagħhom waqt li tikseb qawwa mill-misteru tar-“redenzjoni tal-ġisem”. B’tali mod, huma msejħin għall-kastità bħalma għall-istat tal-ħajja “skont l-Ispirtu” li huwa propju tagħhom (cf. Rm 8, 4-5; Gal 5, 25). Ir-redenzjoni tal-ġisem tfisser, f’dan il-każ, ukoll dik it-tama ta’ kuljum, tama tat-temporalità. Fuq il-bażi ta’ tali tama tiġi ddominata l-konkupixxenza tal-ġisem bħala sors tat-tendenza għal sodisfazzjon egoistiku, u l-istess “ġisem”, fl-allejanza sagramentali tal-maskulinità u tal-femminilità, issir l-ispeċifiku “pedament” ta’ għaqda dejjiema u indissolubli tal-persuni (“communio personarum”) għall-mod dehen tal-persuni.

5. Dawk li bħala miżżewġin, skont id-disinn divin etern jingħaqdu hekk li jsiru, f’ċertu sens, “ġisem wieħed”, huma wkoll min-naħa tagħhom imsejħa, permezz tas-sagrament, għal ħajja “skont l-Ispirtu”, tali li tikkorrispondi għad-“don” riċevut fis-sagrament. Minħabba dak id-“don”, waqt li jgħaddu bħala miżżewġin ħajja “skont l-Ispirtu”, huma kapaċi li jiskopru l-gratifikazzjoni partrikulari, li tagħha saru parteċipi. Meta l-“konkupixxenza” tgħajjeb l-orizzont tal-viżwalità nterjuri, tneħħi mill-qalb iċ-ċarezza tax-xewqat u tal-aspirazzjonijiet, mill-banda l-oħra il-ħajja “skont l-Ispirtu” (jew aħjar il-grazzja tas-sagrament taż-żwieġ) tippermetti lir-raġel u lill-mara li jerġgħu jsibu l-vera libertà tad-don, magħquda mal-konsapevolezza tas-sens sponsali tal-ġisem fil-maskulinità u l-femminilità tiegħu.

6. Il-ħajja “skont l-Ispirtu” tesprimi ruħha wkoll fl-“għaqda” reċiproka(cf. Ġen 4, 1), li biha l-miżżewġin, waqt li jsiru “ġisem wieħed”, jissottomettu l-femminilità u l-maskulinità tagħhom għall-barka tal-prokrejazzjoni: “Adam ingħaqad ma’ Eva, martu, li kkonċepit u welldet . . . u qal: Akkwistajt bniedem mill-Mulej(Gen 4, 1).

Il-ħajja “skont l-Ispirtu” tesprimi ruħha wkoll fil-konsapevolezza tal-gratifikazzjoni, li għaliha tikkorrispondi d-dinjità tal-istess miżżewġin fi kwalità ta’ ġenituri, jiġifieri tesprimi ruħha fil-konsapevolezza profonda tal-qdusija tal-ħajja (“sacrum”), għal-liema t-tnejn jagħtu oriġini, waqt li jipparteċipaw – bħala l-proġenituri – għall-qawwiet tal-misteru tal-ħolqien. Fid-dawl ta’ dik it-tama, li hija marbuta mal-misteru tar-redenzjoni tal-ġisem (cf. Rm 8, 19-23), din il-ħajja umana ġdida, il-bniedem ikkonċeput u mwieled mill-għaqda konjugali ta’ missieru u ta’ ommu, jinfetaħ għall-“frott bikri tal-Ispirtu” (Rm 8, 23) “biex jidħol fil-libertà tal-glorja ta’Alla” (Rm 8, 21). U jekk il-ħolqien kollu jokrob u jsofri sallum fl-uġigħ tal-ħlas” (Rm 8, 22), tama partikolari takkumpanja l-uġigħ tal-omm li twelled, jiġifieri tat-tama tar-“rivelazzjoni ta’ wlied Alla” (Rm 8, 19), tama li tagħha kull wild ġdid li jiġi fid-dinja jġorr miegħu xrara.

7. Din it-tama li tinsab “fid-dinja”, waqt li tinfed – kif jgħallem San Pawl – il-ħolqien kollu, mhijiex, fl-istess ħin, “mid-dinja”. Iktar minn hekk: hija trid tikkumbatti fil-qalb umana ma’ dak li hu “tad-dinja”, ma’ dak li jinsab “fid-dinja”. “Għaliex dak kollu li jinsab fid-dinja, il-konkupixxenza tal-ġisem, il-konkupixxenza tal-għajnejn u s-suppervja tal-ħajja ma jiġix mill-Missier, imma mid-dinja”, (1 Ġw 2, 16). Iż-żwieġ bħala sagrament, bħala sagrament primordjali u fl-istess ħin bħala sagrament imnissel mill-misteru tar-redenzjoni tal-ġisem mill-imħabbva sponsali ta’ Kristu u tal-Knisja, “jiġi mill-Missier”. Mhuwiex “mid-dinja”, imma “mill-Missier”. Konsegwentement, ukoll iż-żwieġ, bħala sagrament, jikkostitwixxi l-bażi tat-tama għall-persuna, jiġifieri għar-raġel u għall-mara, għall-ġenituri u għall-ulied, għall-ġenerazzjonijiet umani. Minn banda, infatti, “tgħaddi d-dinja bil-konkupixxenza tagħha”, mill-banda l-oħra “min jagħmel ir-rieda ta’ Alla jibqà għal dejjem” (1 Ġw 2, 17). Biż-żwieġ, bħala sagrament, huwa magħqud l-oriġni tal-bniedem fid-dinja, u fih hemm ukoll miktub il-ġejjieni tiegħu, u dan mhux biss fid-dimensjonijiet storiċi, imma wkoll f’dawk eskatoloġiċi.

8. Għal dan jirreferi il-kliem, li fih Kristu jalludi għall-qawmien mill-imwiet tal-iġsma – kliem irrappurt mit-tliet sinottiċi (cf. Mt 22, 23-32; Mk 12, 18-27; Lq 20, 34-39). “Fil-qawmien mill-imwiet infatti la jieħdu raġel u linqas mara, imma jkunu bħall-anġli fis-smewwiet”: hekk Mattew u b’mod li jixxiebaħ Mark; u hekk hu Luqa: “L-ulied ta’ din id-dinja jieħdu nisa bħala marthom u jieħdu rġiel bħala żwieġhom; imma dawk li huma meqjusa denji tad-dinja l-oħra u tal-qawmien mill-imwiet, la jieħdu nisa u linqas irġiel; u lanqas ma jistgħu jmutu iktar, għaliex huma ugwali għall-anġli u billi huma wlied il-qawmien mill-imwiet, huma wlied Alla” (Lq 20, 34-36). Dawn it-testi kienu sottomessi qabel għal analiżi partikolareġġjata.

9. Kristu jiddikjara li iż-żwieġ – sagrament mill-oriġini tal-bniedem fid-dinja viżibbli temporanja – ma jappartjenix għar-realtà eskatoloġika tad-“dinja futura”. Madankollu l-bniedem, imsejjaħ biex jipparteċipa għal dan il-futur eskataloġiku permezz tal-qawmien mill-imwiet tal-ġisem, huwa l-istess bniedem, maskju u femmina, li l-oriġini tiegħu fid-dinja viżibbli temporanja hija marbuta maż-żwieġ bħala sagrament primordjali tal-istess misteru tal-ħolqien. Anzi, kull bniedem, imsejjaħ biex jipparteċipa fir-realtà tal-qawmien futur mill-imwiet, iġib fid-dinja din il-vokazzjoni, minħabba l-fatt li fid-dinja viżibbli temporanja għandu  l-oriġini tiegħu grazzi għaż-żwieġ tal-ġenituri tiegħu. Hekk, mela, il-kliem ta’ Kristu, li jeskludi ż-żwieġ mir-realtà tad-“dinja futura”, fl-istess ħin jiżvela b’mod indirett is-sinifikat ta’ dan is-sagrament għall-parteċipazzjoni tal-bnedmin, subien u bniet, għall-qawmien mill-imwiet futur.

10. Iż-żwieġ, li huwa sagrament primordjali – mnissel mill-ġdid, f’ċertu sens, mill-imħabba sponsali ta’ Kristu u tal-Knisja- ma jappartjenix għar-“redenzjoni tal-ġisem” fid-dimensjoni tat-tama eskatoloġika (cf. Rm 8, 23). L-istess żwieġ mogħti lill-bniedem bħala grazzja, bħala “don” iddestinat minn Alla appuntu lill-miżżewġin, u fl-istess ħin mogħti lilhom, bil-kliem ta’ Kristu, bħala ethos – dak iż-żwieġ sagramentali jitwettaq u jirrejalizza ruħu fil-prospettiva tat-tama eskatoloġika. Dan għas-sinifikat essenzjali għar-“redenzjoni tal-ġisem” fid-dimensjoni ta’ din it-tama. Jiġi, difatti, mill-Missier u lilu jaf l-oriġni tiegħu fid-dinja. U jekk din “id-dinja tgħaddi”, u li magħha jgħaddu wkoll il-konkupixxenza tal-ġisem, il-konkupixxenza tal-għajnejn u s-suppervja tal-ħajja, li jiġu “mid-dinja”, iż-żwieġ bħala sagrament iservi bla ma jinbidel sabiex il-bniedem, maskju u femmina, waqt li jiddomina il-konkupixxenza, jagħmel ir-rieda tal-Missier. U min “jagħmel ir-rieda ta’ Alla jibqà għal dejjem” (1 Ġw 2, 17).

11. F’tali sens iż-żwieġ, bħala sagrament, iġib fih ukoll iż-żerriegħa tal-ġejjieni eskatoloġiku tal-bniedem, jiġifieri l-prospettiva tar-“redenzjoni tal-ġisem” fid-dimensjoni tat-tama eskatoloġika, għal-liema jikkorrispondi l-kliem ta’ Kristu dwar il-qawmien mill-imwiet: “Fil-qawmien mill-imwiet . . . la jieħdu mara u linqas raġel” (Mt 22, 30); madankollu, ukoll dawk li,  “billi jkunu ulied il-qawmien mill-imwiet . . . ikunu ugwali għall-anġli u . . . jkunu wlied Alla” (Lq 20, 36), jkunu jafu l-propja oriġini fid-dinja viżibbli temporanja liż-żwieġ u lill-prokrejazzjoni tar-raġel u tal-mara. Iż-żwieġ, bħala sagrament sa mill-“bidu” uman, bħala sagrament tat-temporalità tal-bniedem storiku, jwettaq b’tali mod servizz insostitwibbli għall-ġejjieni tiegħu extra-temporali, rigward għall-misteru tar-“redenzjoni tal-ġisem” fid-dimensjoni tat-tama eskatoloġika.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb.