109. Aktar dwar il-pjan ta’ Alla dwar l-imħabba umana

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali –  23/05/1984.

  1. Matul l-Anno Santo ssospendejt it-trattazzjoni tat-tema tal-imħabba umana fil-pjan divin. Issa rrid nikkonkludi dak l-argument b’diversi konsiderazzjonijiet speċjalment dwar it-tagħlim tal-Humanae Vitae, waqt li nippermetti xi riflessjoni dwar il-Kantiku tal-Kantiċi u l-Ktieb ta’ Tobija. Jidhirli, infatti, li dak li feħsiebni nesponi fil-ġimgħat li ġejjin jikkostitwixxi l-inkurunazzjoni ta’ dak li jien urejt.

It-tema tal-imħabba sponsali, li tgħaqqad lir-raġel u l-mara, torbot f’ċertu sens din il-parti tal-Bibbja mat-tradizzjoni kollha tal-“analoġija l-kbira” li, permezz tal-kitbiet tal-Profeti u tinfetaħ fit-Testment il-Ġdid u b’mod partikolari fl-ittra lill-Efesin (cf. Ef 5, 21-23), li l-ispjega tagħha nterrompejt fil-bidu tal-Anno Santo.

Dan sar oġġett ta’ studji metikolużi, kummenti u ipotesi numerużi. B’mertu għall-kontenut tiegħu, fid-dehra “profan, il-pożizzjonijiet kienu diversi: waqt li minn banda  spiss ġie skonsiljat il-qari, mill-banda l-oħra dan kien is-sors ma’ liema ttieħdu l-ikbar kittieba mistiċi u il-versi tal-Kantiku tal-Kantiċi ġew inseriti fil-Liturġija tal-Knisja.

Infatti għalkemm l-analiżi tat-test ta’ dan il-ktieb tobbligana li npoġġu l-kontenut tiegħu ‘l barra mill-qasam tal-analoġija profetika l-kbira, madankollu mhux possibbli li naqtgħuh mir-realtà tas-sagrament primordjali. Mhux possibbli li terġà taqrah jekk mhux fil-linja ta’ dak li nkiteb fl-ewwel kapitolu tal-Ġenesi, bħala xhieda tal-“bidu” – ta’ dak il-“bidu” li għalih Kristu rrefera fid-djalogu deċiżiv mal-Fariżej (cf. Mt 19, 4). Il-Kantiku tal-Kantiċi jinsab bla dubju fit-triq ta’ dak is-sagrament, li fih, permezz tal-“lingwaġġ tal-ġisem” huwa kostitwit is-sinjal viżibbli tal-parteċipazzjoni tar-raġel u tal-mara fl-allejanza tal-imħabba u tal-grazzja, offruta minn Alla lill-bniedem. Il-Kantiku tal-Kantiċi juri l-għana ta’ dan il-“lingwaġġ”, li l-ewwel espressjoni tiegħu tinsab diġa fil- Ġenesi 2, 23-25.

2. Ġa l-ewwel versi tal-“Kantiku” jintroduċuna minnufih fl-atmosfera tal-“poema” kollha, li fiha l-għarus donnu jimxi fiċ-ċirku mpinġi mill-irradjazzjoni tal-imħabba. Il-kliem tal-għarajjes, il-movimenti tagħhom, il-ġesti tagħhom jikkorrispondu mal-mozzjoni interna tal-qlub. Permezz biss tal-priżma ta’ tali mozzjon huwa possibbli li wieħed jifhem il-“lingwaġġ tal-ġisem”, li fih tattwa lilha nfisha dik l-iskoperta għal-liema jagħti espressjoni l-ewwel bniedem  quddiem dik li kienet maħluqa bħala “għajnuna li tkun tixbħu” (cf. Ġen 2, 20.23), u li kienet meħuda, kif jirraporta l-istess test bibbliku, minn waħda mill-“kustilji” tiegħu (il-“kustilja” donnha wkoll tindika l-qalb).

Din l-iskoperta – ġa analizzata a bażi ta’Ġenesi 2 – fil-Kantiku tal-Kantiċi tilbes mill-ġdid bl-għana kollha tal-lingwaġġ tal-imħabba umana. Dak li fil-kapitolu 2 tal-Ġenesi (cf. Gen 2, 23-25) kien espress b’mod skars fi ftit kliem, sempliċi u essenzjali, hawn jiżviluppaw bħala djalogu wiesà jew pjuttost dwett, li fih il-kliem tal-għarus jitħalltu ma’ dak tal-għarusa u jwettqu lil xulxin. L-ewwel kliem tal-bniedem fil-Ġenesi, kapitolu 2,23, għad-dehra tal-mara maħluqa minn Alla jesprimi l-istagħġib u l-ammirazzjoni, anzi s-sens ta’ grazzja. U grazzja simili – li hija stagħġib u ammirazzjoni – sseħħ f’forma iktar wiesà permezz tal-versi tal-Kantiku tal-Kantiċi. Iseħħu f’mewġa kalma u omoġenja mill-bidu sa tmiem il-poema  .

3. Saħansitra analiżi sommarja tat-test tal-Kantiku tal-Kantiċi tippermetti li nħossuna nesprimu lilna nfusna b’dik il-grazzja reċiproka l-“lingwaġġ tal-ġisem”. Tant il-punt tat-tluq kif ukoll il-punt tal-wasla ta’ din il-grazzja – stagħġib u ammirazzjoni reċiproka – huma infatti l-femminilità tal-għarusa u l-maskulinità tal-għarus fl-esperjenza diretta tal-viżibiltà tagħhom. Il-kliem ta’ mħabba, ippronunzjat mit-tnejn, jikkonċentraw it-tnejn fuq il-“ġisem”, mhux biss għaliex dan jikkostitwixxi għalih innifsu sors ta’ grazzja reċiproka, imma wkoll b’mod speċjali għaliex fuqu tieqaf b’mod dirett u immedjat dik l-attrazzjoni lejn il-persuna, lejn il-“jien” l-ieħor – femminili jew maskili – li fl-impuls intern tal-qalb tiġġenera l-imħabba.

L-imħabba  barra minn hekk tillibera esperjenza partikulari tas-sabiħ,  li tiċċentralizza fuq dak li huwa viżibbli, imma kontemporanjament tinvolvi l-persuna kollha. L-esperjenza tas-sabiħ tiġgenera l-pjaċir, li huwa reċiproku.

“O sabiħa fost in-nisa . . .” (Kt 1, 8), jgħid l-għarus, u jidwih l-kliem tal-għarusa: “Smajra jien imma sabiħa, ja wlied Ġerusalem” (t 1, 5). Il-kliem tal-grazzja maskili jirrepeti ruħu kontinwament, jidher mill-ġdid fil-ħames kanti kollha tal-poema. Għalih jidwu l-espressjonijiet simili tal-għarusa.

4. Dawn huma metafori li jistgħu illum jissorprenduna. Bosta minnhom intilfu fil-ħajja tar-rgħajja; u oħrajn donnhom jindikaw l-istat irjali tal-għarus. L-analiżi ta’ dak il-lingwaġġ poetiku jitħalla għall-esperti. Il-fatt stess tat-tħaddim tal-metafora juri kemm, fil-każ tagħna, il-“lingwaġġ tal-ġisem” ifittex appoġġ u konferma fid-dinja kollha viżibbli. Dan huwa bla dubju ta’ xejn “lingwaġġ” li jinqara mill-ġdid kontemporanjament bil-qalb u bl-għajnejn tal-għarus, fl-att tal-konċentrazzjoni speċjali fuq il-“jien” kollu femminili tal-għarusa. Dan il-“jien” jitkellem miegħu permezz ta’ kull fattur effemminat, waqt li jqanqal dik il-burdata, li tistà tkun definita bħala grazzja, faxxinu. Dan il-“jien” femminili jesprimi ruħu kważi bla kliem; madankollu l-“lingwaġġ tal-ġisem” espress bla kliem isib diwi għani fil-kliem tal-għarus, fi kliemu mimli bi trasport poetiku u b’metafori, li jixhdu l-esperjenza tas-sabiħ, imħabba ta’ sodisfazzjon. Jekk il-metafori tal-“Kantiku” jfittxu għal dan is-sabiħ analoġija fid-diversi affarijiet tad-dinja viżibbli (f’din id-dinja, li hija “d-dinja propja tal-għarus), fl-istess ħin donnhom jindikaw l-insuffiċjenza ta’ kull waħda minnhom b’mod partikulari. Int kollok sbejħa int, ħabiba tiegħi, ebda tebgħa fik” (Ct 4, 7): b’din il-frażi jtemm l-għarus il-kanto, waqt li jħalli l-metafori kollha, biex idur għal dik l-unika, permezz ta’ liema l-“lingwaġġ tal-ġisem” donnu jesprimi dak li huwa l-iktar propju tal-femminilità u l-persuna kompluta.

Inkompli l-analiżi tal-Kantiku tal-Kantiċi fl-udjenza ġenerali li jmiss.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb