126. Ir-Rażan Jintensifika l-Komunjoni Personali

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar it-Teoloġija tal-Ġisem. Udjenza Ġenerali –  07/11/1984.

1. Inkomplu l-analiżi tal-virtù tar-rażan għad-dawl tad-duttrina miġbura fl-enċiklika Humanae Vitae.

Ikun tajjeb li niftakru li l-klassiċi l-kbar tal-ħsieb etiku (u antropoloġiku) kemm prekristjani kif ukoll kristjani (Tumas D’Aquino), jaraw fil-virtù tar-rażan mhux biss il-ħila tar-“rażan” tar-reazzjonijiet korporali u senswali, imma iktar il-ħila tal-kontroll u tal-iggwidar tal-isfera kollha senswali u emottiva tal-bniedem. Fil-każ in kwestjoni dan jittratta dwar il-ħila li tidderieġi kemm il-linja tal-eċċitament lejn l-iżvilupp korrett tiegħu, kif ukoll il-linja tal-emozzjoni nfisha, waqt li jorjentaha lejn l-approfondiment u l-intensifikazzjoni nterna tal-karattru “pur” tiegħu u, f’ċertu sens, “diżinteressat”.

2. Din id-differenzjazzjoni bejn il-linja tal-eċċitament u l-linja tal-emozzjoni mhijiex kontrappożizzjoni. Din ma tfissirx li l-att konjugali, bħala effett tal-eċcitament, ma tinvolvix fl-istess ħin il-kommozzjoni tal-persuna l-oħra. Bla dubju huwa hekk, jew madankollu, ma tistax tkun mod ieħor.

Fl-att konjugali, l-għaqda ntima hemm bżonn tinvolvi intensifikazzjoni partikolari tal-emozzjoni, anzi, l-kommozzjoni tal-persuna l-oħra. Dan huwa wkoll kontenut fl-Ittra lill-Efesin, taħt forma ta’ eżortazzjoni, indirizzata lill-miżżewġin: “Kunu sottomessi għal xulxin fil-biżà ta’ Kristu  ” (Ef 5, 21).

Id-distinzjoni bejn “eċċitament” u “emozzjoni”, innutatha f’din l-analiżi,tikkonferma biss l-għana soġġettiva reattiva-emottiva tal-“jien” uman; din l-għana teskludi kwalunkwè nuqqas unilaterali u tagħmel iva li l-virtù tar-rażan tistà tkun attwata bħala ħila li tiddirieġi l-manifestazzjoni kemm tal-eċcitament kif ukoll tal-emozzjoni, imqanqla mir-reattività reċiproka tal-maskulinità u l-femminilità.

3. Il-virtù tar-rażan, hekk intensa, għandha rwol essenzjali biex iżżomm l-ekwilibriju ntern bejn iż-żewġ sinifikati, l-unittiv u l-prokrejattiv, tal-att konjugali (cf. Pawlu VI,Humanae Vitae, 12), lejn paternità u maternità tassew responsabbli.

L-enċiklika Humanae Vitae tiddedika l-attenzjoni xierqa lill-aspett bijoloġiku tal-problema, jiġifieri, lill-karattru ritmiku tal-fertilità umana. Għalkemm tali perjodiċità  tistà tkun imsejħa, fid-dawl tal-enċiklika, indiċi provvidenzjali għal paternità u maternità responsabbli, madankollu mhux f’dan il-livell biss issolvi ruħha problema bħal din, li għandha sinifikat hekk profondament personalistiku u sagramentali (tejoloġiku).

L-enċiklika tgħallem il-paternità u l-maternità responsabbli “kif  tivverifika minn imħabba konjugali matura” u għalhekk fiha mhux biss it-tweġiba għall-mistoqsija konkreta li ssir fil-qasam tal-etika tal-ħajja konjugali, li nixtiequ almenu niddelinejaw.

4. Il-mod korrett ta’ tifhem u tipprattika r-rażan perjodiku bħala virtù (jiġifieri skont l- Humanae Vitae, 21, il-“padronanza tiegħek innifsek”) jiddeċiedi wkoll b’mod essenzjali dwar in-“newtralità” tal-metodu, imsejjaħ  huwa wkoll “metodu naturali”: din hija “naturalità” fil-livell ta’ persuna. Ma tistax mela taħseb għal applikazzjoni mekkanika tal-liġijiet bijoloġiċi. L-għarfien innifsu tar-“ritmi ta’ fertilità” – ukoll jekk indispensabbli – ma joħloqx dik il-libertà nterna tad-don, li huwa min-natura espliċitament spiritwali u jiddependi mill-maturità tal-bniedem intern. Din il-libertà  tassumi ħila tali li tidderieġi r-reazzjonijiet senswali u emottivi, li tirrendi possibbli d-donazzjoni tiegħu nnifsu lill-“jien” l-ieħor a bażi tal-pussess matur tal-“jien” propju fis-soġġettività korporja u emottiva tiegħu.

5. Bħalma hu magħruf mill-analiżi bibbliċi u tejoloġiċi magħmula qabel, il-ġisem uman fil-maskulinità u l-femminilità tiegħu huwa nternament magħmul għall-komunjoni tal-persuni (“communio personarum”). F’dan jikkonsisti s-sinifikat sponsali tiegħu.

Propju s-sinifikat sponsali tal-ġisem kien deformat, kważi fil-bażijiet infushom tiegħu, mill-konkupixxenza (b’mod partikolari mill-konkupixxenza tal-ġisem, fil-qasam tal-“konkupixxenza tripla”) Il-virtù tar-rażan fil-forma matura tagħha tiżvela gradatament l-aspett “pur” tas-sinifikat sponsali tal-ġisem. B’tali mod ir-rażan jiżviluppa l-komunjoni personali tar-raġel u tal-mara, komunjoni li ma tistax tifforma ruħha u tiżviluppa ruħha fil-verità sħiħa tal-possibiltajiet tagħha unikament fuq l-art tal-konkupixxenza. Huwa appuntu dan li tenfasizza l-enċiklika Humanae Vitae. Tali verità għandha żewġ aspetti: dak personalistiku u dak teoloġiku.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb