11. Marija fi prospettiva trinitarja


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali –  10/01/1996.

1. Il-Kapitolu VIII tal-Kosituzzjoni Lumen gentium jindika fil-misteru ta’ Kristu r-referenza meħtieġa u essenzjali tad-duttrina marjana. Sinifikattivi huma,  f’dan ir-rigward, l-ewwel kliem tal-Proemio: «Billi Alla l-iktar ħanin u l-iktar għaref ried iwettaq il-fidwa tad-dinja meta waslet il-milja taż-żmien, bagħat lil Ibnu, mwieled minn mara… sabiex aħna nirċievu l-adozzjoni ta’ wlied (Gal 4,4-5)».1 

Dan l-Iben huwa l-Messija, mistenni mill-poplu tal-Patt il-Qadim, mibgħut mill-Missier f’waqt deċiżiv tal-istorja, il- «milja taż-żmien» (Gal 4,4), li taħbat mat-twelid tiegħu fid-dinja tagħna minn mara. Hi li ntoduċiet fl-umanità l-Iben etern ta’ Alla ma tistà tkun qatt mifruda minn Dak li jinsab fiċ-ċentru tal-pjan divin attwat fl-istorja  . 

Il-primat ta’ Kristu huwa mmanifestat fil-Knisja, Ġismu mistiku: fiha nfatti «il-fidili  jingħaqdu ma’ Kristu l-Kap u jinsabu f’għaqda mal-qaddisin kollha tiegħu. »2  Huwa Kristu li jiġbed lejh il-bnedmin kollha. Waqt li hi, fir-rwol matern, magħquda b’mod intimu ma’ Binha, Marija tikkontribwixxi biex torjenta lejh il- ħarsa u l-qalb ta’ dawk li jemmnu. 

Hija hi t-triq li twassal għand Kristu; infatti, Dik li «għall-bxara tal-anġlu laqghet fil-qalb u fil-ġisem il-Verb ta’ Alla» 3 turina kif nilqgħu fl-eżistenza tagħna l-Iben li niżel mis-sema, waqt li tedukana biex nagħmlu minn Ġesù ċ-ċentru u l-«liġi» suprema tal-eżistenza tagħna.

2. Marija tgħinna,  ukoll, biex niskopru, fl-oriġni tal-opra kollha tal-fidwa, l-azzjoni sovrana tal-Missier li ssejjaħ lill-bnedmin biex isiru ulied l-uniku Iben. Waqt li nsejħu l-espressjonijiet l-iktar sbieħ tal-Ittra lill-Efesin: «Alla, għani fil-ħniena, għall-imħabba kbira li biha ħabbna, minn mejtin li konna minħabba d-dnubiet, reġà għajjixna mill-ġdid bi Kristu» (Ef 2,4), il-Konċilju jattribwixxi lil Alla it-titolu ta’ «l-iktar ħanin»: L-Iben «imwieled minn mara» hekk, jidher bħala l-frott tal-ħniena tal-Missier, u jġegħlna nifhmu aħjar kif din il-Mara hija «omm il-ħniena».

 Fl-istess kuntest, il-Konċilju jsejjaħ lil Alla wkoll «l-iktar għaref», waqt li jissuġġerixxi attenzjoni partikolari għar-rabta stretta eżistenti bejn Marija u l-għerf divin li, fil-pjan misterjuż tiegħu, ried il-maternità tal-Verġni.

3. It-test konċiljari jfakkarna wkoll ir-rabta singolari li tgħaqqad lil Marija mal-Ispirtu Santu, bil-kliem tas-Simbolu Niċeno-kostantinoplitan li nirreċitaw fil-Liturġija ewkaristika:  «Hu għalina l-bnedmin u għall-fidwa tagħna niżel mis-sema, u inkarna ruħu bl-opra tal-Ispirtu Santu minn Marija Vewrġni ».

Waqt li jesprimi l-fidi mhix mibdula tal-Knisja, il-Konċilju jfakkarna li l-inkarnazzjoni  tal-għaġeb tal-Iben seħħet fil-ġuf tal-Verġni Marija mingħajr intervent ta’ raġel, bl-opra tal-Ispirtu Santu. 

L-Introduzzjoni tal-Kapitolu VIII tal-Lumen gentium hekk, tindika, fil-prospettiva trinitarja dimensjoni essenzjali tad-duttrina marjana. Kollox, infatti, jiġi mir-rieda tal-Missier, li bagħat lill-Iben fid-dinja, waqt li wrieh lill-bnedmin u waqt li għamlu Kap tal-Knisja u ċentru tal-istorja. Dan huwa pjan li twettaq mal-Inkarnazzjoni, opra tal-Ispirtu Santu, imma bil-kontribut essenzjali ta’ mara, Marija Verġni, li hekk daħlet biex tkun sehem integranti fl-ekonomija tal-komunikazzjoni tat-Trinita għall-ġeneru uman.

4. Ir-relazzjoni tripla ta’ Marija mal-Persuni divini  hija kkonfermata bi kliem preċiż ukoll fl-illustrazzjoni, tar-rapport tipiku li jorbot lill-Omm tal-Mulej mal-Knisja: «Hija ppremjata tal-ogħla offiċċju u ta’ dinjità [48]ta’ Omm l-Iben ta’ Alla, u allura bint  favorita tal-Missier u tempju tal-Ispirtu Santu».4

Id-dinjità fundamentali ta’ Marija hija dik ta’ «Omm l-Iben», li tiġi espressa fid-duttrina u fil-kult nisrani bit-titolu ta’ «Omm Alla».

Din hija kwalifika sorprendenti li turi l-umiltà tal-Iben uniġenitu ta’ Alla fl-inkarnazzjoni tiegħu, u f’konnessjoni ma’ din, il-privileġġ  suprem marbut mal-kreatura msejħa biex tiġġenerah fl-ġisem.

Omm l-Iben, Marija hija «bint  favorita tal-Missier» b’mod uniku. Lilha huwa konċess xebħ għal kollox speċjali bejn il-maternità tagħha u l-paternità divina.

U iktar: kull nisrani huwa «Tempju tal-Ispirtu Santu», skont l-espressjoni tal-appotlu Pawlu (1Kor 6,19). Imma din l-istqarrija tassumi sinifikat eċċezzjonali f’Marija: fiha, infatti, ir-relazzjoni ma’ l-Ispirtu Santu tistagħna bid-dimensjoni sponsali. Dan fakkartu fl-Enċiklka Redemptoris Mater: «L-Ispirtu Santu diġa niżel fuqha, li saret l-għarusa fidila tiegħu fl-annunzjazzjoni, waqt li laqgħet il-Verb ta’Alla veru…».5

5. Ir-relazzjoni privileġġjata ta’ Marija mat-Trinità  għalhekk tagħtiha dinjità li tissupera ħafna dawk ta’ krejaturi oħra. Dan ifakkru espressament il-Konċilju: għal dan id- «don ta’ grazzja distinta» Marija «tiġi qabel bil-kbir tal-krejaturi l-oħra kollha».6 Madankollu, tali dinjità hekk għolja ma żżommx li Marija tkun solidali ma’ kull wieħed u waħda minna. Infatti l-Kostituzzjoni Lumen gentium tkompli: «Però flimkien ma’ dan hija kkombinat mad-dixxendenza ta’ Adam mal-bnedmin kollha fil-bżonn tal-fidwa» u kienet «mifdija b’mod sublimi minħabba l-meriti ta’ Binha».7

Hawn joħroġ s-sinifiat awtentiku tal-privileġġi ta’ Marija u tar-rapporti eċċezzjonali tagħha mat-Trinità: dawn għandhom l-iskop li jirrenduha  eliġibbli biex tikkopera fil-fidwa tal-ġeneru uman. Il-kobor ma jitkejjilx tal-Omm tal-Mulej jibqà, għalhekk, don tal-imħabba ta’ Alla għall-bnedmin kollha. Waqt li jipproklamawha «beata» (Lq 1,48), il-ġenerazzjonijiet kollha jgglorifikaw il «ħwejjeġ kbar» (Lq 1,49) li l-Omnipotenti għamel fiha għall-umanità  «waqt li jfakkarna fil-ħniena tiegħui (Lq 1,54)».

 NOTI

1 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 52.
2 Cf. Ibidem.
3 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 53.
4 Ibidem.
5 Giovanni Paolo II, Lett. enc. Redemptoris Mater, 26.
6 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 53.
7 Ibidem.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb