Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali – 06/03/1996.
1. Il-maternità hija don ta’ Alla. «Akkwistajt raġel mill-Mulej» (Ġn 4, 1), tgħid Eva wara li welldet lil Kajjin, l-ewwel wild tagħha. B’dan il-kliem il-ktieb tal-Ġenesi jippreżenta l-ewwel maternità tal-istorja tal-umanità bħala grazzja u ferħ li jinbtu mit-tjubija tal-Ħallieq.
2. B’mod analogu jiġi muri t-twelid ta’ Iżakk, fl-oriġni tal-poplu magħżul.
Lil Abraham, nieqes mid-dixxendenza u issa avanzat fis-snin, Alla jwiegħed posterità numeruża daqs il-kwiekeb tas-sema (cf. Ġn 15,5). Il -wegħda ntlaqgħet mill-patrijarka bil-fidi li tiftaħ lir-raġel il-pjan ta’ Alla «Huwa emmen lill-Mulej, li li dan issustanzjahulu bħala ġustizzja» (Ġn 15,6).
Tali wegħda hija kkonfermata mill-kliem imlissen mill-Mulej fl-okkażjoni tal-Patt stabbilit ma’ Abraham: «Hawn jien: l-allejanza tiegħi hija miegħek u int tkun missier ta’ multitudni ta’ popli» (Ġn 17,4).
Ġrajjiet straordinarji u misterjużi jenfasizzaw, kif l-maternità ta’ Sara kienet speċjalment frott tal-ħniena ta’ Alla, li jirregala l-ħajja ‘il hemm minn kull previżjoni umana: «Jien imberikha u wkoll minnha nagħtik iben; imberikha u ssir nazzjonijiet u slaten ta’ popli jitwieldu minnha» (Ġn 17,15-16).
Il-maternità hija ppreżentata bħala don deċiżiv tal-Mulej: il-patrijarka u martu jirċievu isem ġdid biex ifisser it-trasformazzjoni mhix mistennija u meraviljuża li Alla jopera f’ħajjithom.3. Il-vista ta’ tliet personaġġi misterjużi, li fihom is-Santi Padri tal-Knisja raw prefigurazzjoni tat-Trinità, tħabbar b’mod iktar konkret lil Abraham it-twettiq tal-wegħda: : «Il-Mulej deher [lil Abraham] ħdejn il-Ballut ta’ Mamre, waqt li kien bilqiegħda fid-daħla tat-tinda fl-iktar siegħa sħuna tal-jum. Hu għolla għajnejh u ra li tlett irġiel kienu bilwieqfa maġembu» (Ġn 18,1-2).
Abraham oġġezzjona: «Lil wieħed ta’ mitt sena jistà jitwelidlu tifel? U Sara ta’ disgħin sena tistà twelled?» (Ġn 17,17; cf. 18,11-13). Il-mistieden divin wieġeb: «Jewwilla hemm xi ħaġa mpossibbli għall-Mulej? Fiż-żmien iffissat nerġà niġi għandek fl-istess data u Sara jkollha iben» (Ġn 18,14; cf. Lq 1,37).
Ir-rakkont jemfasizza l-effett tal-vista divina li tirrendi fertili għaqda konjugali, li sa dak il-waqt kienet baqgħet sterili. Waqt li emmen fil-wegħda, Abraham sar missier kontra kull tama, u «missier fil-fidi» għaliex mill-fidi tiegħu «tiġi» dik tal-poplu magħżul.
4. Il-Bibbja ġġib rakkonti oħra ta’ nisa meħlusa mill-isterilità u mferrħa mill-Mulej bid-don tal-maternità. Dawn huma sitwazzjonijiet spiss ta’ dwejjaq, li l-intervent ta’Alla jittrasforma ruħu f’esperjenzi ta’ ferħ billi jilqà t-talba ħierġa mill-qalb ta’ min umanament huwa bla tama. Rakele, per eżempju, «billi rat li lilha ma kienx mogħti li twelled ulied lil Ġakobb, saret tgħir għal oħtha Lia u qalet lil Ġakobb: “Tini l-ulied, jekk le se nmut!” Ġakobb irrabja għaliha u qal: “Jaqaw jien għandi l-post ta’ Alla, li ċaħadlek il-frott ta’ ġufek?”» (Ġn 30,1-2).
Imma t-test bibbliku jżid minnufih li «Alla ftakar ukoll f’Rakele; Alla semagħha u rrendiha fertili. Hija kkonċepit u welldet iben» (Ġn 30,22-23). Dan l-iben, Ġużeppi, jiżvolġi rwol tassew importanti għal Iżrael filwaqt tat-transmigrazzjoni fl-Eġittu.
F’dan bħal f’rakkonti oħra, waqt li tenfasizza l-kondizzjoni ta’ sterilità inizjali tal-mara, il-Bibbja trid tenfasizza l-karattru meraviljuż tal-intervent divin f’dawn il-każi partikolari, imma tħalli liż-żmien stess jifhem id-dimensjoni ta’ gratuwità inerenti f’kull maternità.
5. Proċediment analogu insibu fir-rakkont tat-twelid ta’ Sansun. Mart Manoach, li qatt ma setgħet tnissel ulied, tirċievi l-aħbar tal-anġlu tal-Mulej: «Hekk hu, inti sterili u ma kellikx ulied, imma se tnissel u twelled iben » (Gdc 13,3). Il-konċepiment, mhux mistenni u tal-għaġeb, iħabbar il-ħwejjeġ kbar li l-Mulej se jwettaq permezz ta’ Sansun.
Fil-każ ta’ Anna, omm Samwel, jiġi enfasizzat ir-rwol partikolari tat-talb. Anna tgħix l-umiljazzjoni tal-isterilità, imma hija mħeġġa minn fiduċja kbira f’Alla, li lejh iddur b’insistenza sabiex jgħinha telgħeb dik il-prova. Jum fost loħrajn, waqt li marret fit-Tempju, tesprimi l-wegħda: «Mulej tal-eżerċti… jekk ma tinsiex l-iskjava tiegħek u tagħti lill-iskjava tiegħek iben maskju, jiena noffrih lill-Mulej għall-jiem kollha ta’ ħajtu…» (1Sam 1,11).
It-talba tagħha ġiet milqugħa: «Il-Mulej jiftakar fiha», li kkonċepiet u welldet iben u semmietu Samwel» (1Sam 1,19-20).
Iżżomm il-wegħda tagħha, Anna offriet lil binha lill-Mulej: «Għal dan it-tifel tlabt u l-Mulej tani l-grazzja li tlabtu. Għalhekk jien ukoll intih bi bdil lill-Mulej: għall-jiem kollha ta’ ħajtu huwa hu ċedut lill-Mulej » (1Sam 1,27-28). Mogħti lil Anna minn Alla u mbagħad mogħti minn Anna lil Alla, iċ-ċkejken Samwel isir rabta ħajja ta’ għaqda bejn Anna u Alla.
It-twelid ta’ Samwel huwa mela esperjenza ta’ ferħ u okkażjoni ta’ grazzji. L-ewwel Ktieb ta’ Samwel iġib innu, msejjaħ il- «Magnificat» ta’ Anna, li donnu jantiċipa dak ta’ Marija: «Qalbi tifraħ fil-Mulej, moħħi jogħla grazzi lil Alla tiegħi…» (1Sam 2,1).
Il-grazzja tal-maternità mogħtiha lil Anna minn Alla għat-talb ma jaqtà xejn tagħha, jqanqal fiha ġenerożità ġdida. Il-konsagrazzjoni ta’ Samwel u t-tweġiba rikonoxxenti ta’ omm li, waqt li tagħraf f’binha l-frott tal-ħniena divina, tpatti d-don billi tafda lil dak l-iben tant mistenni lill-Mulej.
6. Fir-rakkont tal-maternitajiet straordinarji li erġajna fakkarna huwa faċi tiskopri l-post importanti li l-Bibbja tagħti lill-ommijiet fil-missjoni tal-ulied. Fil-każ ta’ Samwel, Anna tiżvolġi rwol deċiżiv bid-deċiżjoni li tirregalah lill-Mulej. Funzjoni ugwalment deċiżiva isseħħ minn omm oħra, Rebekka, li tikseb il-wirt lil Ġakobb (Ġn 27). F’dak l-intervent matern, deskritt mill-Bibbja, wieħed jistà jaqra s-sinjal ta’ elezzjoni għal strument tal-pjan sovran ta’ Alla.
Huwa Hu li jagħżel l-iżgħar mill-ulied, Ġakobb, bħal portatur tal-barka u tal-wirt patern, u allura bħala ragħaj u gwida tal-poplu tiegħu. Huwa Hu li b’deċiżjoni gratwita u għarfa jiffissa u jmexxi d-destin ta’ kull bniedem (Għerf 10,10-12).
Il- messaġġ tal-Bibbja dwar il-maternità jirrivela aspetti mportanti u dejjem attwali: ipoġġi fid-dawl, infatti, d-dimensjoni ta’ gratuwià li timmanifesta ruħha b’mod speċjali fil-każ ta’ dawk sterili, l-allejanza partikolari ta’ Alla mal-mara u r-rabta speċjali bejn id-destin tal-omm u dak tal-iben.
Fl-istess ħin, l-intervent ta’ Alla li, f’waqtiet importanti tal-istorja tal-poplu tiegħu jirrendi fertili xi nisa sterili, iħejji l-fidi fl-intervent ta’ Alla li, fil-milja taż-żmenijiet, jirrendi fertili Verġni għall-inkarnazzjoni ta’ Ibnu.
Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb