3. Ir-rwol tal-Omm tar-Redentur


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali –  25/10/1995.

1. Waqt li qal li «Marija Verġni hija magħrufa u meqjuma bħala tassew Omm Alla, Omm  il-Feddej »,1 il-Konċilju jiġbed l-attenzjoni fuq r-rabta eżistenti bejn il-maternità ta’ Marija u l-fidwa.

Wara li għaraf ir-rwol ta’ Marija, meqjuma fid-duttrina u fil-kult tal-ewwel sekoli bħala Omm verġinali ta’ Ġesù Kristu u allura Omm Alla, fil-Medjuevu il-ħniena u r-riflessjoni tejoloġika tal-Knisja japprofondixxu l-kollaborazjoni tagħha fl-opra tal-Feddej.

Dan id-dewmien jispjega ruħu bil-fatt li s-Santi Padri tal-Knisja u tal-ewwel Konċilji ekumeniċi,  iffukaw bħal ma  kien fuq il-misteru tal-identità ta’ Kristu, ħalla b’mod neċessarju fid-dell aspetti oħra tad-domma. Kien biss b’mod progressiv li l-verità rivelata setgħet tkun iċċarata fl-għana kollha tagħha. Matul is-sekoli il-Marjoloġija torjenta ruħha dejjem iżjed  skont il-Kristoloġija. L-istess maternità divina ta’ Marija tiġi pproklamata fil-Konċilju ta’ Efesu speċjalment biex twettaq l-unità personali ta’ Kristu. B’mod analogu jitwettaq l-approfondiment tal-presenza ta’ Marija fl-istorja tal-Fidwa.

2. Fi tmiem it-tieni sekolu Sant’Irinew, dixxiplu ta’ Polikarpu, ipoġġi diġa b’enfażi il-kontribut ta’ Marija fl-opra tal-fidwa. Huwa fehem il-valur tal-kunsens ta’ Marija fil-waqt tal-Annunzjazzjoni, waqt li għaraf fl-ubbidjenza u fil-fidi tal-Verġni ta’ Nażżaret għall-messaġġ tal-anġlu l-antitesi perfetta tad-diżubbidjenza [935] u tan-nuqqas ta’ twemmin ta’ Eva, b’effett benefiku fuq id-destin tal-umanità. Infatti,  kif Eva kkawżat il-mewt, hekk Marija, bl- «iva» tagħha, saret il-«kawża ta’ fidwa» għaliha nfisha u għall bnedmin kollha.2 Imma din hija stqarrija mhux żviluppata b’mod organiku u soltu minn Santi Padri oħra tal-Knisja.

Tali duttrina, iżda, tiġi eloborata b’mod sistematiku għall-ewwel darba, fi tmiem l-għaxar sekolu, fil- «Ħajja ta’ Marija» ta’ patri Biżantin, Ġwanni l-Ġeometra. Marija hija hawn mgħaqqda ma’ Kristu fl-opra feddejja kollha waqt li tieħu sehem, skont il-pjan divin, fis-Salib u waqt li tbati għall-fidwa tagħna. Hija baqgħet magħquda mal-Iben «f’kull azzjoni, atteġġjament u rieda».3 L-assoċjazzjoni ta’ Marija fl-opra feddejja ta’ Ġesù ssir permezz ta’ mħabbitha ta’ Omm, imħabba animata mill-grazzja, li ttiha qawwa superjuri:  l-iktar nieqsa minn passjonejazzjoni tidher l-iktar simpatetika.4

3. Fil-Punent San Bernard, li miet fl-1153, waqt li jdur lejn Marija, immur jikkummenta hekk il-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju:: «Offri lil Ibnek, sagrosanta Verġni, u ppreżenta lill-Mulej il-frott ta’ ġufek. Għar-rikonċiljazzjoni tagħna ma’ kulħadd offri l-ostja mqaddsa, apprezzata minn Alla ».5

 Dixxiplu u ħabib ta’ San Bernrd, Amaldo ta’ Chartres, ipoġġi fid-dawl b’mod partikolari l-offerta ta’ Marija fis-sagrifiċċju tal-Kalvarju. Huwa jiddistingwi fis-Salib «żewġ altari: wieħed fil-qalb ta’ Marija, l-ieħor fil-ġisem ta’ Kristu. Il-Kristu  ssagrifika ġismu, Marija ruħha ». Marija tissagrifika ruħha b’mod spiritwali f’għaqda profonda ma’ Kristu u titlob għall-fidwa tad-dinja: «Dak li l-omm titlob l-Iben japprovah, il-Missier jirregalah».6

 Minn dak iż-żmien ‘il quddiem awturi oħra jesponu d-duttrina tal-koperazzjoni speċjali ta’ Marija fis-sagrifiċċju feddej.

4. Fl-istess żmien, fil-kult u fil-ħniena nisranija, tiżviluppa l-ħarsa kontemplattiva dwar il- «ħniena» ta’ Marija,  rappreżentata b’mod sinifikattiv[936] fl-immaġni tad-Duluri. Is-sehem ta’ Marija fid-dramm tas-Salib jirrendi din il-ġrajja iktar profondament umana u jgħin lill-fidili biex jidħlu fil-misteru: il-ħniena tal-Omm iġġiegħel li tiġi skoperta l-Passjoni tal-Iben.

 Bis-sehem fl-opra feddejja ta’ Kristu, tiġi wkoll magħrufa l-maternità spiritwali u universali ta’ Marija, Fil-Lvant, Ġwanni l-Ġeometra jgħid dwar  Marija: «Inti Ommna». Waqt li jrodd grazzi lil Marija  «għall-pieni u t-tbatijiet mġarrba għalina», huwa jqiegħed fid-dawl l-imħabba materna u l-kwalitajiet ta’ omm fil-konfront ta dawk kollha li jirċievu s-salvazzjoni.7

Ukoll fil-Punent d-duttrina tal-maternità spiritwali tiżviluppa ma’ San Anselmu, li jsostni: «Inti l-omm… tar-tikonċiljazzjoni u tar-rikonċiljati, l-omm tal-fidwa u tal-mifdija i».8

 Marija ma tiqafx li tkun meqjuma bħala Omm Alla, imma l-fatt li tkun Ommna jsawwab fuq il-maternità divina tagħha wiċċ ġdid u jiftaħ għalina t-triq għal għaqda magħha iktar intima.

5. Il-maternità ta’ Marija fil-konfronti tagħna ma tikkonsistix biss f’rabta affettiva: għall-merti tagħha u għall-interċessjoni tagħha hija tikkontribwixxi b’mod effikaċi għat-twelid tagħna spiritwali u għall-iżvilupp tal-ħajja tal-grazzja fina. Għal dan il-mottiv Marija tiġi msejħa «Omm il-grazzja», «Omm il-ħajja».

It-titolu «Omm il-ħajja», użat minn Gregorju Nisseno, ġie spjegat b’dan il-mod minn Guerrico d’Igny, li miet fl-1157: «Hi hija l-Omm tal-Ħajja, li biha jgħixu l-bnedmin kollha: waqt li tiġġenera minnha nfiha din il-ħajja, b’ċertu mod iġġenerat lil dawk kollha li għexuha. Wieħed biss kien iġġenerat, imma lkoll kemm aħna konna ri iġġenerati ».9

Test tat-tlettax-il sekolu, il-«Mariale», waqt li juża xbiha ardita, jattribwixxi din ir-riġenerazzjoni lit-«tweid doloruż» tal-Kalvarju, li bih «saret omm spiritwali tal-ġeneru uman kollu»; infatti «fl-imsaren puri tagħha hija kkonċepiet bi ħniena, lill-ulied il-Knisja».10

6. Il-Konċilju Vatikan II, wara li enfasizza li Marija «ikkoperat b’mod kollu speċjali fl-opra tal-Feddej…», ikkonkluda hekk: «Minħabba dan saret għalina Omm fl-ordni tal-grazzja»,11 waqt li, b’tali mod, ikkonferma, il-ħass ekkleżjali li jara lil Marija maġemb  l-Iben bħala Omm spiritwali ta’ kollha kemm hi l-umanità.

 Marija hija Ommna: din il-verita konsolanti, offruta lilna  b’mod dejjem iktar ċar u profond mill-imħabba u mill-fidi tal-Knisja sostniet u ssostni l-ħajja spiritwali taġħna lkoll u tinkuraġġina, ukoll fit-tbatija, għall-fiduċja u għat-tama.

NOTI

1 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 53.
2 Cf. Sant’Ireneo, Adversus haereses, 3, 22, 4: SC 211, 441.
3 Giovanni il Geometra, Vita di Maria, Bol. 196, f. 122 v.
4 Cf. ibid. Bol. 196, f. 123 v.
5 San Bernardo, Sermo 3 in Purif., 2: PL 83, 370.
6 De septem verbis Domini in cruce, 3: PL 89, 1694. 
7 Cf. Giovanni il Geometra, Discorso d’addio sulla Dormizione della gloriosissima Nostra Signora Madre di Dio, in A. Wenger, L’Assomption de la T.S. Vierge dans la tradition byzantine, 407.
8 Cf. Sant’Anselmo, Oratio 52, 8: PL 58, 957 A.
9 Guerrico d’Igny, In Assumpt. I, 2:’PL 185, 188.
10 Mariale, Q. 29, par. 3.
11 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 61.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb