4. Marija fl-Iskrittura Mqaddsa u fir-riflessjoni tejoloġika


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali –  08/11/1995.

1. Fil-katekeżi preċedenti  rajna kif id-duttrina tal-maternità ta’ Marija minn l-ewwel formulazzjoni, «Omm Ġesù», għaddiet imbagħad għal dik iktar sħiħa u espliċita ta’ «Omm Alla», sal-istqarrija tal-konvolġiment matern tagħha fil-fidwa tal-umanità.

Għal aspetti oħra ukoll tad-duttrina marjana, kienu meħtieġa bosta sekoli biex jaslu għal definizzjoni espliċita ta’ veritajiet rivelati fir-rigward ta’ Marija. Każi tipiċi ta’ din il-mixja ta’ fidi biex dejjem jinstab iktar b’mod profond l-irwol ta’ Marija fl-istorja tal-fidwa, huma d-dommi tal-fidi tal-Immakulata Konċezzjoni u tal-Axxensjoni, ipproklamati, kif inhu magħruf, minn żewġ predeċessuri venerati tiegħi, rispettivament mis-Srv ta’ Alla Piju IX fl-1854, u mis-Serv ta’ Alla Piju XII fil-kors tal-Ġublew tas-sena 1950.

Il-Marjoloġija hija kamp ta’ riċerka tejoloġika partikolari: fiha l-imħabba tal-poplu nisrani għal Marija irrejalizzat spiss bil-quddiem diversi aspetti tal-misteru tal-Verġni, waqt li xeħtet fuqhom l-attenzjoni tat-tejoloġi u tar-rgħajja.

2. Jinħtieġ nagħrfu li, mal-ewwel daqqa t’għajn, il-Vanġeli joffru informazzjoni skrsa dwar il-persuna u l-ħajja ta’ Marija. Bla ebda dubju xtaqna f’dan ir-rigward indikazzjonijiet iktar abbundanti, li kienu jippermettulna li nkunu nafu aħjar lill-Omm Ġesù.

Aspettattiva, din, li tibqà  mhix imwettqa wkoll min-naħa tal-kitbiet l-oħra tat-Testment il-Ġdid, fejn jonqos żvilupp duttrinali espliċitu dwar Marija. L-istess ittri ta’ San Pawl, li joffrulna ħsieb għani  [1041] dwar Kristu u dwar l-opra tiegħu, jillimitaw irwieħhom billi jgħidu, f’pass ferm sinifikattiv, li Alla bagħat lil Ibnu, «imwieled minn mara» (Gal 4,4).

Ftit li xejn jiġi rriferut dwar il-familja ta’ Marija. Jekk neskludu r-rakkonti tal-infanzja, fil-Vanġeli sinottiċi nsibu biss żewġ  stqarrijiet li jitfgħu xi dawl fuq Marija: waħda dwar it-tentattiv tal- «aħwa» jew qraba li kienu riedu jieħdu lura lil Ġesù f’Nażżaret (cf. Mk 3,21; Mt 12,48); l-oħra, bi tweġiba għall-proklama ta’ mara dwar il-bejatitudni ta’ Omm Ġesù (Lq 11,27).

Madankollu, Luqa fil-Vanġelu tal-infanzja bl-episodji tal-Annunzjazzjoni, tal-Viżitazzjoni, tat-Twelid ta’ Ġesù, tal-preżentazzjoni tat-Tifel fit-tempju, u tas-sejbien fost id-Dutturi ta’ tnax-il sena, mhux biss iforni diversi dati mportanti, imam jippreżenta speċi ta’ «protomariologija» ta’ nteress fondamentali. Id-dati tiegħu jiġu kompluti b’mod indirett minn Mattew bir-rakkont tat-tħabbira lil Ġużeppi (Mt 1,18-25), imma biss fir-rigward tal-konċepiment verġinali ta’ Ġesù.

 Il-Vanġelu Ta’ Ġwanni,, barra minn dan, japprofondixxi il-valur storiku-feddej tar-rwol imwettaq minn Omm Ġesù, meta rreġistra l-preżenza tagħha  fil-bidu u fit-tmiem tal-ħajja pubblika. Sinifikattiv b’mod partikolari huwa l-intervent ta’ Marija qrib is-Salib, fejn tirċievi mingħand l-Iben qed imut  id-dmir li tkun omm tad-dixxiplu maħbub u, fih, tal-insara kollha (cf. Ġw 2,1-12 u Ġw 19,25-27). L-Atti tal-Appostli, fl-aħħarnett, ifakkru espressament lil Omm Ġesù fost in-nisa tal-ewwel  komunità fl-istennija tal-Pentekoste (cf. At 1,14).

 Xejn ma nafu, iżda, fin-nuqqas ta’ xhidiet nejotestamentarji oħra u ta’ aħbarijiet sikuri ġejjin minn fonti storiċi al-Hajja ta’ Marija wara l-ġrajja ta’ Għid il-Ħamsin, lanqas dwar id-data u ċ-ċirkustanzi ta’ mewtha. Nistgħu biss nissopponu li kompliet tgħix mal-Appostlu Ġwanni u li kienet tassew qrib tal-iżvilupp tal-ewwel komunità nisranija  .

3. L-iskarsezza tad-dati dwar il-ġrajja terrena ta’ Marija tiġi kkompensata mill-kwalità tagħhom u l-għana tejoloġika li l-eseġeżi attwali tenfasizza b’mod l-iktar attent.

 Mill-bqija, jeħtieġ niftakru li l-prospettiva tal-evanġelisti hija għal kollox kristoloġika u trid tinteressa ruħha dwar l-Omm biss fir-rigward tal-aħbar  ferrieħa tal-Iben. Bħal ma diġa josserva San Ambroġ, l-evanġelista waqt li jesponi l-misteru tal-Inkarnazzjoni «jifhem sewwa li ma jfittixx xhieda ulterjuri dwar il-verġinità ta’ Marija, sabiex ma jidhirx pjuttost id-difensur tal-Verġni milli l-ħabbar tal-misteru».1

Nistgħu f’dan il-fatt nagħrfu intenzjoni speċjali tal-Ispirtu Santu, li ried  iqanqal fil-Knisja sforz ta’ riċerka li, waqt li tikkonserva ċ-ċentralità tal-misteru ta’ Kristu, ma tintilifx fuq il-partikolaritajiet tal-eżistenza ta Marija, imma timmira li tiskopri speċjalment ir-rwol tagħha fl-opra tal-fidwa, il-qdusija personali tagħha u l-missjoni materna tagħha fil-ħajja nisranija.

4. L-Ispirtu Santu jiggwida l-isforz tal-Knisja, waqt li jimpenjaha biex tassumi l-istess atteġġjamenti ta’ Marija. Fir-rakkont ta-twelid ta’ Ġesù, Luqa jinnota kif ommu  żżomm l-ħwejjeġ kollha «waqt li timmeditahom f’qalbha» (Lq 2,19), waqt li jiġifieri tisforza li «tqiegħed flimkien» (symballousa) b’ħarsa iktar profonda, il-ġrajjiet kollha li tagħhom kienet xhud privileġġjat.

B’mod analogu, ukoll il-poplu ta’ Alla huwa mbuttat mill-istess Spirtu Santu biex jifhem fil-profondita kollha dak li ingħad dwar Marija, biex  javvanza fl-intelliġenza tal-missjoni tagħha, marbuta b’mod intimu mal-misteru ta’ Kristu.

Joħroġ, fl-iżvilupp tal-Marjoloġija, rwol partikolari tal-poplu nisrani. Huwa jikkopera, mal-istqarrija u x-xhieda tal-fidi tiegħu, mal-progress tad-duttrina marjana li normalment mhijiex biss opra tat-tejoloġi, ukoll jekk id-dmir tagħhom jibqà indispensabbli għall-approfondiment u l-espożizzjoni ċara ta’ dak il-fatt ta’ fidi u tal-istess esperjenza nisranija.

Il-fidi tas-sempliċi hija ammirata u mfaħħra minn Ġesù, li fiha jagħraf manifestazzjoni meraviljuża tat-tjieba tal-Missier (cf. Mt 11,25; Lc 10,21). Din tkompli fil-korsa tas-sekoli ixxandar il-meravilji tal-istorja tal-fidwa, moħbijin lill-għorrief. Din il-fidi, f’armonija mas-sempliċità tal-Verġni,  ġegħlet jipprogressa l-għarfien ta’ qdusitha personali u tal-valur traxxendentali tal-maternità tagħha.

 Il-misteru ta’ Marija jimpenja lil kull nisrani, f’għaqda mal-Knisja, biex «jimmedita f’qalbu» dak li r-rivelazzjoni evanġelika  tiddikjara dwar Omm Kristu. Fil-loġika tal-Magnificat, kull wieħed jesperimenta fuqu nnifsu, fis-segwitu ta’ Marija, l-imħabba ta’ Alla u jiskopri fl-għeġubijiet mwettqa mit-Trinità Mqaddsa fil- «Mimlija bil-grazzja» sinjal tal-ħlewwa ta’ Alla għall-bniedem.

NOTI

1 Sant’Ambrogio, Exp. in Lucam, 2, 6: PL 15, 1555.


Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb