8. Ir-rwol tal-mara fid-dawl ta’ Marija


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali –  06/12/1995.

1. Kif diġa kelli mod li nuri fil-katekeżi preċedenti, ir-rwol afdat mill-pjan divin ta’ fidwa lil Marija jillumina l-vokazzjoni tal-mara fil- ħajja tal-Knisja u tas-soċjetà, waqt li jiddefenixxi d-differenza fir-rigward tar-raġel. Il-mudell kostitwit f’Marija, infatti, juri b’mod ċar dak li huwa speċifiku tal-personalità femminili.

 Fi żmenijiet riċenti, xi kurrenti tal-moviment femminista, bil-ħsieb li jiffavorixxi l-emanċipazzjoni tal-mara, immiraw biex ixebbħuha f’kollox mar-raġel. Imma l-intenzjoni divina murija fil-ħolqien, minkejja li riedet lill-mara ugwali għar-raġel fid-dinjità u l-valur, maż-żmien tenfasizza b’ċarezza id-diversità u l-ispeċifiċità. L-identità tal-mara ma tistax tikkonsisti fli  tkun kopja tar-raġel, billi hija iddotata bi kwalitajiet u prerogattivi propji, li jsawbu fuqha awtonomija pekuljari tagħha, dejjem biex tippromwovi u tinkuraġġixxi.

Dawn il-prerogattivi u pekularitajiet tal-personalità femminili laħqu f’Marija l-iżvilupp sħiħ. Il-pjenezza tal-grazzja divina nfatti kienet fiha tiffavorixxi kull ħila naturali tipika tal-mara.

 Ir-rwol ta’ Maria fl-opra tal-fidwa huwa assolutament dipendenti minn dak ta’ Ġesù. Din hija funzjoni unika, mitluba mit-twettiq tal-misteru tal-Inkarnazzjoni: il-maternità ta’ Marija kienet meħtieġa biex tagħti lid-dinja l-Feddej, veru Iben ta’ Alla, imma wkoll perfettament bniedem.

 L-importanza tal-koperazzjoni tal-mara fil-miġja ta’ Kristu tispikka fl-inizjattiva ta’ Alla li, permezz tal-anġlu, jwassal lill-Verġni ta’ Nażżaret l-pjan tiegħu tal-fidwa, sabiex hija tkun tistà hemm tikkopera b’mod konxju u ħieles, waqt li tesprimi l-kunsens ġeneruż tagħha.

Hawn jitwettaq il-mudell l-iktar għoli tal-kollaborazzjoni responsabbli tal-mara fil-fidwa tal-bniedem – tal-bniedem kollu -, li jikkostitwixxi r-referenza traxxendenti għal kull affermazzjoni dwar ir-rwol u l-funzjoni tal-mara fl-istorja.

2. Fit-twettiq ta’ tali forma sublimi ta’ koperazzjoni, Marija tindika wkoll l-istil li permezz tiegħu l-mara għandha tikkonkretizza l-missjoni tagħha.

Quddiem l-aħbar tal-Vanġelu, il-Verġni ma turi ebda atteġġjament ta’ rivendikazzjoni mkabbra, linqas ma trid tissodisfa ebda ambizzjonijiet personali. Luqa jippreżentaha biss mixtieqa li toffri s-servizz umli tagħha b’disponibiltà fiduċjuża u totali għall-pjan divin tal-fidwa. Dan huwa s-sens tat-tweġiba : «Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni dak li għidtli» (Lq 1,38).

 Din mhix infatti laqgħa purament passiva, mill-waqt li l-kunsens tagħha jiġi mogħti biss wara li wriet id-diffikultà li titnissel mill-intenzjoni  tagħha ta’ verġinità ispiratha mir-rieda li tappartjieni lill-Mulej b’mod iktar integru.

 Riċevuta t-tweġiba tal-anġlu, Marija tesprimi minnufih id-disponibiltà tagħha, waqt li żżomm l-atteġġjament ta’ servizz umli.

Huwa s-servizz umli, prezzjuż li tant nisa, fuq l-eżempju ta’ Marija, offrew u għadhom joffru fil-Knisja għall-iżvilupp tas-saltna ta’ Kristu.

3. Il-figura ta’ Marija tfakkar lin-nisa tallum il-valur tal-maternità. Mhux dejjem fid-dinja kontemporanja nagħtu lil tali valur  l-importanza opportuna u ekwilibrata. F’xi każi, il-bżonn tax-xogħol femminili biex jipprovdi għall-esiġenzi li nibtu tal-familja u kunċett żbaljat ta’ libertà li juri fil-kura tal-ulied ostaklu għall-awtonomija u għall-possibiltà ta’ twettiq tal-mara, ċajpru s-sinifikat tal-maternità għall-iżvilupp tal-personalità femminili. F’każijiet oħra bil-maqlub, l-aspett tal-ġenerazzjoni bijoloġika isir hek rilevanti li jitfà fid-dell il-possibiltajiet sinifikattivi l-oħra li għandha l-mara biex tesprimi l-vokazzjoni  inerenti li tkun omm.

F’Marija, ingħata lilna biex nifhmu il-veru sinifikat tal-maternità li, fl-intern tal-pjan divin tal-fidwa, jilħaq l-ogħla dimensjoni tiegħu. Għaliha li tkun omm mhux biss jirregala lill-personalità femminili, orjentata b’mod fundamentali lejn ir-rigal tal-ħajja, l-iżvilupp sħiħ tiegħu, imma jikkostitwixxi, ukoll, tweġiba tal-vokazzjoni propja tal-mara, li tassumi il-valur tagħha l-iktar veru biss fid-dawl tal-allejanza ma’ Alla.1

4. Waqt li attentament inħarsu lejn Marija, aħna niskopru fiha wkoll il-mudell tal-verġinita migħuxa għas-Saltna.

 Verġni per eċċellenza, f’qalbha hija mmaturat ix-xewqa li tgħix f’tali stat biex tilħaq intimità dejjem iktar profonda ma’ Alla.

 Għan-nisa msejħa għall-kastità verġinali, Marija, waqt li tirrivela s-sinifikat għoli ta’ vokazzjoni hekk speċjali, tiġbed l-attenzjoni fuq il-fertilità spiritwali li hija tinvolvi fil-pjan divin: maternità ta’ ordni superjuri, maternità skont l-Ispirtu.2

 Il-qalb materna ta’ Marija miftuħa għall-miżerji umani kollha, tfakkar ukoll lin-nisa li l-iżvilupp tal-personalità femminili jitlob l-impenn fil-karità. Iktar sensibbli għall-valuri tal-qalb il-mara turi ħila għolja ta don personali.

Għal dawk li, fl-epoka tagħna, jipproponu mudelli egoistiċi għat-twettiq tal-personalità femminili, il-figura luminuża u qaddisa tal-Omm tal-Mulej turi kif biss fl-għoti u fl-insih tiegħek innifsek għall-oħrajn huwa possibbli li tilħaq it-twettiq awtentiku tal-proġett divin fuq l-istess ħajja tiegħek.

 Il-presenza ta’ Marija,  għalhekk, tinkoraġġixxa fin-nisa s-sentimenti ta’ ħniena u ta’ solidarjetà għas-sitwazzjonijiet umani dolorużi, u  tqanqal r-rieda li ttaffi l-pieni ta’ dawk li jbatu: il-foqra, il-morda u dawk li għandhom bżonn l-għajnuna.
     

Bis-saħħa tar-rabta partikolari ma’ Marija, il-mara tul il-korsa tal-istorja spiss irrapreżentat il-viċinanza ta’ Alla għall-istennijiet ta’ tjubija u ta’ ħlewwa tal-umanità feruta mill-mibegħda u mid-dnub, waqt li żergħet fid-dinja  iż-żerriegħa ta’ ċiviltà li taf twieġeb għall-vjolenza bl-imħabba.

NOTI

1 Cf. Giovanni Paolo II, Lett. ap. Mulieris dignitatem, 19.
2 Cf. Giovanni Paolo II, Lett. ap. Mulieris dignitatem, 21.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb