21. L-Immakulata Konċezzjoni


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali –  29/05/1996.

1. Fir-riflessjoni duttrinali tal-Knisja tal-Lvant, l-espressjoni «mimlija bil-grazzja», bħal ma rajna fil-katekeżi preċedenti, kienet interpretata, sa mis-seklu VI, fis-sens ta’ qdusija singulari li tinvesti lil Marija fl-eżistenza kollha tagħha. Hija tinawgura b’dan il-mod il-ħolqien il-ġdid.

Ħdejn dan ir-rakkont ta’ Luqa tal-Annunzjazzjoni, it-Tradizzjoni u l-Maġisteru indikaw fl-hekk imsejjaħ Protovanġelu (Ġen 3,15) skritturali qawwija tal-verità tal-Immakulata Konċezzjoni ta’ Marija. 

Dan it-test nebbaħ, biex nibdew mill-verżjoni Latina l-antika: «Hija tisħaqlek rasek», bosta rappreżentazzjonijiet tal-Immakulata li tisħaq is-serp taħt riġlejha. 

Diġa kellna mod li nfakkru qabel kif din il-verżjoni ma tikkorispondix mat-test Ebrajk, li fih mhijiex il-mara, iżda  d-dixxendenza tagħha, id-dixxendent tagħha, li jisħaq ras is-serp. Tali test jattribwixxi mela, mhux lil Marija, imma lil Binha r-rebħa fuq Satana. Madankollu, billi l-konċezzjoni bibblika timponi solidarjetà profonda bejn il-ġenituri u d-dixxendenza tagħhom, hija koerenti mas-sens oriġinali tal-pass ir-rappreżentazzjoni tal-Immakulata li tisħaq is-serp, mhux bis-saħħa tagħha imma bil-grazzja tal-Iben.

2. Fl-istess test bibbliku tiġi pproklamatha wkoll il-mibegħda bejn il-mara u d-dixxendenti tagħha fuq naħa u s-serp u d-dixxendenzi tiegħu fuq l-oħra. Din hija ostilità espressament stabbilita minn Alla, li tassumi mportanza singolari jekk inqisu l-problema tal-qdusija personali tal-Verġni. Biex tkun l-għadu irrinkonċiljabbli tas-serp u tad-dixxendenza tiegħu, Marija kellha tlun eżentata minn kull dominju tad-dnub. U dan sa minn l-ewwel waqt tal-eżistenza tagħha.

F’dan ir-rigward, l-Enċiklika Fulgens Corona, ippubblikatha mill-Papa Piju XII fl-1953 biex jikkommemora ċ-ċentenarju tad-definizzjoni tad-domma tal-Immakulata Konċezzjoni, targumenta hekk: «Jekk f’waqt determinat il-Beatissima Verġni Marija kienet baqgħet nieqsa mill-grazzja divina, għaliex kontaminata fit-tnissil tagħha mit-tebgħa ereditarja tad-dnub, bejnha u s-serp ma setax ikun hemm iktar – almenu waqt dan il-perijodu ta’ żmien, kien kemm kien qasir – dik il-mibegħda eterna li dwarha wieħed jitkellem mit-tradizzjoni primittiva  sad-definizzjoni sollenni tal-Immakulata Konċezzjoni, imma pjuttost ċerta subjugazzjoni».1

L-ostilità assoluta stabbilita minn Alla bejn il-mara u x-xitan tassumi mela f’Marija l-Immakulata Konċezzjoni, jiġifieri nuqqas totali ta’ dnub, sa mill-bidu tal-ħajja. L-Iben ta’ Marija wettaq ir-rebħa finali fuq Satana u għamel benefiċjarja bil-quddiem l-Omm, waqt li ppreservaha mid-dnub.

Minħabba dan l-Iben taha l-poter li terriżisti lix-xitan, waqt li hekk jirrejalizza fil-misteru tal-Immakulata Konċezzjoni l-effett l-iżjed notevoli tal-opra feddejja tiegħu.

3. L-isem mimlija bil-grazzja» u l-Protovanġelu, waqt li jiġbdu l-attenzjoni tagħna dwar il-qdusija speċjali ta’ Marija u dwar  it-tneħħija kompluta tagħha mill-influss ta’ Satana, iġegħluna  nagħrfu, fil-privileġġ uniku konċess lil Marija mill-Mulej, il-bidu ta’ ordni ġdid, li huwa frott tal-ħbiberija ma’ Alla u li  jinvolvi, bħala konsegwenza, ostilità profonda bejn is-serp u l-bnedmin.

Bħala xhieda bibblika favur l-Immakulata Konċezzjoni ta’ Marija, sikwit nikkwotaw ukoll il-kapitolu 12 tal-Apokalissi, li fih nitkellmu dwar «mara liebsa x-xemx» (Ap 12,1). Il-kummentarji attwali jiltaqgħu fid-dehra f’tali mara tal-komunità tal-poplu ta’ Alla, li twelled fin-niket il-Messija rxuxtat. 

Imma, maġemb l-interpretazzjoni kollettiva, it-test jissuġġerilna waħda individwali fl-istqarrija:  «Hija twelled iben maskju, iddestinat li jiggverna n-nazzjonijiet kollha b’xettru tal-ħadid» (Ap 12,5). B’dan il-mod jammetti, bir-riferenza għat-twelid, ċerta identifikazzjoni tal-mara liebsa x-xemx b’Marija, il-mara li tat id-dawl lill-Messija. Il-mara-komunità hija deskritta infatti bix-xebħ tal-mara-Omm ta’ Ġesù.

Ikkaratterizzata mill-maternità tagħha, il-mara «kienet tqila u kienet twerżaq bl-uġigħ u d-dwejjaq tat-twelid» (Ap 12,2). Din in-nota terġà tibgħat lill-Omm ta’ Ġesù qrib is-Salib (cf. Ġw 19,25), fejn Hi tieħu sehem b’qalbha minfuda mix-xabla  (cf. Lq 2,35) fid-dwejjaq tat-twelid tal-komunità tad-dixxipli.

Minkejja t-tbatijiet tagħha, hija «liebsa x-xemx»– iġġib, jiġifieri, r-rifless tal-isplendur divin – u tidher bħala «sinjal grandjuż» tar-rapport sponsali ta’ Alla mal-poplu tiegħu.

Dawn ix-xbihat, għalkemm ma jindikawx b’mod dirett il-privileġġ tal-Immakulata Konċezzjoni, jistgħu jkunu nterpretati bħala espressjoni tal kura  ta’ mħabba tal-Missier li tkebbeb lil Marija bil-grazzja ta’ Kristu u bl-isplendur tal-Ispirtu.

L-Apokalissi, fl-aħħarnett, jistieden biex nagħrfu b’mod iktar partikolari d-dimensjoni ekkleżjali tal-personalità ta’ Marija: il-mara liebsa x-xemx tirrapreżenta l-qdusija tal-Knisja, li tinkiseb pjenament fil-Verġni Mqaddsa, minħabba grazzja singolari.

4. Għall-istqarrijiet skritturistiċi, li jagħmlu riferenza t-Tradizzjoni u l-Maġisteru biex isejsu d-duttrina tal-Immakulata Konċezzjoni, donnhom li jopponu t-testijiet bibbliċi li jiddikkjaraw l-universalità tad-dnub.

It-Testment il-Qadim jitkellem dwar kontaminazzjoni pekkaminuża li tinvesti lil kull «imwieled minn mara» (Sal 50,7; Ġb 14,2). Fit-Testment il-Ġdid, Pawlu jiddikjara li, wara l-ħtija ta’ Adam, «ilkoll dnibna», u li «minħabba l-ħtija ta’ wieħed biss kienet  imsawba fuq il-bnedmin kollha l-kundanna » (Rm 5,12.18). Mela, bħal ma jfakkar il-Katekiżmu tal-Knisja, id-dnub oriġinali «jaffettwa lin-natura umana», li hekk issib ruħha «f’kondizzjoni[1392] dekaduta». Id-dnub jiġi għalhekk trażmess «b’tifrix fuq l-umanità kollha, jiġifieri bit-trażmissjoni ta’ natura umana nieqsa mill-qdusija u mill-ġustizzja oriġinali».2 Għal din il-liġi universali Pawlu però  jaċċetta eċċezzjoni: Kristu, dak «li ma kienx għaraf id-dnub  (2Kor 5,21), u hekk setà jimla bil-grazzja  «hemm fejn kien intelà bid-dnub» (Rm 5,20).

Dawn l-istqarrijiet ma jwasslux neċessarjament biex jikkonkludu li Marija hija mdaħħla fl-umanità midimba. Il-paralleliżmu,  stabbilit minn Pawlu bejn Adam u Kristu, huwa  finalizzat minn dak bejn Eva u Marija: ir-rwol tal-mara, rilevanti fid-dramma tad-dnub, huwa wkoll fil-fidwa tal-umanità.
      

Sant’Irinew jippreżenta lil Marija bħal l-Eva l-ġdida li, bil-fidi tagħha u bl-ubbidjenza tagħha, ikkontrabilanċjat l-inkredulità u d-diżubbidjenza ta’ Eva. Tali rwol fl-ekonomija tal-fidwa jitlob in-nuqqas tad-dnub. Kien konvinjenti li bħal Kristu, Adam il-ġdid, ukoll Marija, Eva l-ġdida, ma tikkonċedix id-dnub u hekk tkun iktar suġġetta biex tikkopera fil-fidwa  .

Id-dnub, li bħal  dilluvju jobrom l-umanità, jieqaf f’daqqa quddiem il-Feddej u quddiem il-Kollaboratriċi fidila tiegħu. B’differenza sostanzjali: Kristu huwa kollu qaddis minħabba l-grazzja li fl-umanità tiegħu  tirriżulta mill-persuna divina; Marija hija kollha qaddisa minħabba l-grazzja riċevuta għall-merti tal-Feddej.

NOTI

1 Pio XII, Lett. enc. Fulgens corona: AAS 45 (1953) 579.
2 Catechismo della Chiesa Cattolica, n. 404.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb