Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali – 08/01/1997.
1. Il-kliem tax-xwejjaħ Xmun, waqt li jħabbar lil Marija s-sehem tagħha fil-missjoni feddejja tal-Messija, ipoġġi fid-dawl ir-rwol tal-mara fil-misteru tal-fidwa.
Marija, infatti, mhijiex biss persuna ndividwali, imma hija wkoll «bint Sijon», il-mara l-ġdida mqiegħda maġemb il-Feddej biex taqsam miegħu l-passjoni u tiġġenera fl-Ispirtu l-ulied ta’ Alla. Tali realtà hija espressa mir-rappreżentazzjoni popolari tas-«sebat ixwabel» li jinfdu l-qalb ta’ Marija: ir-raffigurazzjoni tixhed ir-rabta profonda bejn l-omm, li tidentifika ruħha ma’ bint Sijon u mal-Knisja, u d-destin ta’ dulur tal-Verb inkarnat.
Waqt li tagħti lura l-Iben, hekk kif riċevut mingħand Alla, biex tikkonsagrah għall-missjoni tiegħu ta’ fidwa, Marija tagħti wkoll lilha nfisha għal tali missjoni. Dan huwa ġest ta’ kondiviżjoni interna li mhix biss frott tal-affett matern naturali, imma jesprimi b’mod speċjali l-kunsens tal-mara l-ġdida għall-opra feddejja ta’ Kristu.
2. Fl-intervent tiegħu Xmun jindika l-għan tas-sagrifiċċju ta’ Ġesù u tat-tbatijiet ta’ Marija: dawn se jseħħu «għaliex kienu żvelati l-ħsibijiet ta’ bosta qlub» (Lq 2,35).
Ġesù «sinjal ta’ kontradizzjoni» (Lq 2,34), li jinvolvi l-omm fit-tbatija tiegħu, se jwassal lill-bnedmin biex jieħdu pożizzjoni fil-konfront tiegħu, [30] waqt li jistedinhom għal deċiżjoni fondamentali. Huwa, infatti, «jinsab hawn għar-rovina u l-qawmien ta’ bosta f’Iżrael» (Lq 2,34).
Marija hija mela magħquda ma Binha divin fil-«kontradizjoni», fir-rigward tal-opra tal-fidwa. Jeżisti bla ebda dubju ta’ xejn ir-riskju ta’ rovina għal min jirrifjuta lil Kristu, imma effett meraviljużi tal-fidwa huwa l-qawmien ta’ bosta. Din l-aħbar biss tħeġġeġ tama kbira fil-qlub li tagħha diġa jixhed il-frott tas-sagrifiċċju.
Waqt li jpoġġi taħt il-ħarsa tal-Verġni dawn il-prospettivi tal-fidwa qabel l-offertà ritwali, Xmun donnu jissuġġerixxi lil Marija biex twettaq dak il-ġest ħalli tikontribwixxi għar-riskatt tal-umanità. Fil-fatt huwa ma jitkellimx ma’ Ġużeppi linqas dwar Ġużeppi: diskorsu huwa ndirizzat lil Marija, li huwa jikkombina mad-destin tal-Iben.
3. Il-prijorità kronoloġika tal-ġest ta’ Marija ma jċajparx il-preċedenza ta’ Ġesù. Il-Konċilju Vatikan II, waqt li jiddefenixxi r-rwol ta’ Marija fl-ekonomija tal-fidwa, jfakkar li Hija «se tikkonsagra lilha nfisha… lill-persuna u lill-opra ta’ Binha, waqt li taqdi lill-misteru tal-fidwa taħtU u miegħU».1
Fil-preżentazzjoni fit-tempju ta’ Ġesù, Marija taqdi l-misteru tal-fidwa taħt Kristu u ma’ Kristu: infatti huwa Hu l-protagonista tal-fidwa, li jrid ikun mifdi bl-offertà ritwali. Marija hija magħquda mas-sagrifiċċju tal-Iben mix-xabla li se tinfdilha ruħha.
Il-preċedenza ta’ Kristu ma tħassarx, imma ssostni u tesiġi r-rwol propju u insostitwibbli tal-mara.
Waqt li jinvolvi l-omm fil-propju sagrifiċċju, Kristu jrid jirrivela l-għeruq umani profondi tiegħu u juri antiċipazzjoni tal-offertà saċerdotali tas-salib.
L-intenzjoni divina li tħaffef l-impenn speċifiku tal-mara fl-opra feddejja tirriżulta mill-fatt li l-profezija ta’ Xmun hija ndirizzatha biss lil Marija, minkejja li ukoll Ġużeppi huwa parteċipi fir-rit tal-offertà.
4. Il-konklużjoni tal-episodju tal-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju donnha twettaq is-sinifikat u l-valur tal-preżenza femminili fl-ekonomija tal-fidwa.
Il-laqgħa ma’ mara, Anna, tikkonkludi dawn il-waqtiet singolari, li fihom it-Testment il-Qadim kważi jagħti ruħu lill-Ġdid.
Bħal Xmun, din il-mara mhijiex persuna soċjalment importanti fil-poplu magħżul, imma ħajjitha donnha tippossiedi valur għoli fl-għajnejn ta’ Alla. San Luqa jsejħilha «profetessa», probabilment għaliex ikkonsultata minn bosta minħabba d-don tagħha tad-dixxerniment u minħabba l-ħajja qaddisa immexxiha taħt l-ispirazzjoni tal-Ispirtu tal- Mulej.
Anna hija avanzatha fl-età, billi kellha erbgħa u tmenin sena u ilha armla bosta snin. Ikkonsagratha totalment lil Alla, «ma titbiegħed qatt mit-tempju, waqt li taqdi lil Alla lejl u nhar bis-sawm u t-talb» (Lq 2,37). Hija tirrapreżenta lil dawk, li waqt li kienu għexu b’mod intens l-istennija tal-Messija, issa kienu mħejjija biex jilqgħu t-twettiq tal-Wegħda b’eżultanza ferrieħa. L-evanġelista jirreferi li, «hekk kif waslet f’dak il-ħin, hija wkoll bdiet tfaħħar lil Alla» (Lq 2,38).
Waqt li kienet tgħammar b’mod normali fit-Tempju, Hija setgħet, b’faċilità ikbar minn Xmun, tiltaqà ma’ Ġesù fl-għabex ta’ eżistenza ddedikata lill-Mulej u mogħnija mis-smigħ tal-Kelma u tat-talb.
Fit-tbexbix tal-Fidwa, nistgħu nilmħu fil-profetessa Anna lin-nisa kollha li, bil-qdusija tal-ħajja u fi stennija oranti, huma lesti biex jilqgħu l-preżenza ta’ Kristu u biex ifaħħru kuljum lil Alla għall-għeġubijiet imwettqa mill-ħniena eterna tiegħu.
5. Magħżulin għal-laqgħa mat-Tarbija Ġesù, Xmun u Anna jgħixu b’mod intens tali rigal divin, jaqsmu ma’ Marija u Ġużeppi l-ferħ tal-preżenza ta’ Ġesù u jiddefenduha fl-ambjent tagħhom. Anna b’mod speċjali turi żelu tal-għaġeb fil-kliem dwar Ġesù, waqt li b’tali mod tixhed il-fidi tagħha sempliċi u ġeneruża. Fidi li tħejji lill-oħrajn biex jilqgħu lill-Messija fl-eżistenza tagħhom.
L-espressjoni ta’ Luqa: «Kienet titkellem dwar it-Tifel ma’ dawk li kienu jistennew il-fidwa ta’ Ġerusalem» (Lq 2,38), donnha tikkonfermaha bħala simbolu [32] tan-nisa li, waqt li jiddedikaw ruħhom għat-tixrid tal-Vanġelu, iqanqlu u jżommu ħajja tamiet ta’ fidwa.
NOTI
1 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 56.
Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.