42. Ġesù mitluf u misjub fit-Tempju

Print Friendly, PDF & Email

Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali –  15/01/1997.

1. Bħala l-aħħar paġna tar-rakkonti tal-infanzja, qabel il-bidu tal-predikaxzzjoni ta’ Ġwanni l-Battista, l-evanġelista Luqa jpoġġi l-episodju tal-pellegrinaġġ ta’ Ġesù adoloxxenti għat-Tempju ta’ Ġerusalem. Din hija ċirkostanza singolari li titfà dawl fuq is-snin twal tal-ħajja moħbija ta’ Nażżaret.

 F’tali okkażjoni Ġesù jirrivela bil-personalità qawwija tiegħu, il-kuxjenza tal-missjoni tiegħu,  waqt li jagħti lil dan it-tieni «dħul» fid-«dar tal-Missier» is-sinifikat ta’ donazzjoni sħiħa lil Alla, li diġa kien ikkaratterizza l-preżentazzjoni tiegħu fit-Tempju.

Din is-silta donnha tqiegħed lilha nfisha f’kuntrast man-nota ta’ Luqa, li jippreżenta lil Ġesù sottomess lejn Ġużeppi u Marija (cf. Lq 2,51). Imma, fl-aħħar minn l-aħħar, Huwa hawn donnu, f’antitesi kuxjenti u mixtieqa mal-kundizzjoni tiegħu normali ta’ tifel,  iħalli toħroġ f’salt wieħed firda deċiża minn Marija u Ġużeppi. Ġesù jiddikjara li jassumi, bħala norma tal-imġieba tiegħu, l-appartenenza tiegħu biss lejn il-Missier u mhux l-irbit familjari terren.

2. Permezz ta’ dan l-episodju, Ġesù jħejji lil ommu għall-misteru tal-Fidwa. Marija, flimkien ma’ Ġużeppi, tgħix fit-tlett ijiem drammatiċi li fihom l-Iben jinqatà minn magħhom biex jibqà fit-Tempju, l-antiċipazzjoni tat-tridu tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien mill-imwiet tiegħu.

Waqt li jħalli lil Ommu u lil Ġużeppi jitilqu lejn il-Galilea, mingħajr ma linqas jagħmel l-iċken ħjiel tal-intenzjoni tiegħu li jibqà Ġerusalem, Ġesù jintroduċi ruħu fil-misteru ta’ dik it-tbatija li ġġib il-ferħ, waqt li jantiċipa dak li kellu jwettaq wara mad-dixxipli permezz tal-aħbar tal-Għid tiegħu.

Skont ir-rakkont ta’ Luqa, fil-vjaġġ lura lejn Nażżaret, Marija u Ġużeppi, wara jum ta’ vjaġġ, inkwetati u mdejqa minħabba x-xorti tat-tfajjel Ġesù, ifittxuh għalxejn fost il-qraba u dawk li kienu jafu. Lura Ġerusalem u jsibuh fit-Tempju, jibqgħu mistagħaġbin, għaliex jarawh «bilqiegħda f’nofs id-dutturi waqt li kien jismagħhom u jistaqsihom» (Lq 2,46). Il-kondotta tiegħu tippreżenta ruħha tassew differenti mis-soltu. U bla dubju s-sejba tiegħu fit-tielet jum tikkostitwixxi għall-ġenituri s-sejba ta’ aspett relattiv ieħor tal-persuna tiegħu u tal-missjoni tiegħu.

Huwa jassumi r-rwol ta’ mgħallem, bħal ma jagħmel iktar tard fil-ħajja pubblika, waqt li jlissen kliem li jqanqal ammirazzjoni: «Dawk kollha li kienu jisimgħuh kienu jimtlew b’għaġeb minħabba l-intelliġenza tiegħu u t-tweġibiet tiegħu» (Lq 2,47). Waqt li jirrivela għerf li jgħaġġeb lis-semmiegħa, jibda jipprattika l-arti tad-djalogu, li jkun karatteristika tal-missjoni feddejja.

L-Omm tistaqsi lil Ġesù: «Ibni, għaliex għamiltilna hekk? Missierek u jien, imdejqa fittixniek» (Lq 2,48). Hawn wieħed jistà  jaqbad id-diwi tal-«għalixijiet» ta’ tant ommijiet quddiem it-tbatijiet imqanqla minn uliedhom, kif ukoll tal-interrogattivi li jinbtu fil-qalb ta’ kull bniedem fil-waqtiet tal-prova.

3. Sfiqha bis-sinifikat hija t-tweġiba ta’ Ġesù f’forma ta’ mistiqsija: «Għalfejn fittixtuni? Ma tafux li jien irrid nieħu ħsieb l-affarijiet ta’ Missieri?» (Lq 2,49).

B’tali espressjoni Hu, b’mod xejn mistenni u improviż, jiftaħ lil Marija u Ġużeppi l-misteru ta’ Persuntu, waqt li jistedinhom biex  imorru ‘l hemm mill-apparenzi u jiftħilhom prospettivi ġodda fuq il-ġejjieni tiegħu.

Fit-tweġiba lill-Omm imdejqa, l-Iben jirrivela minnufih il-mottiv tal-imġieba tiegħu. Marija kienet qalet: «Missierek», waqt li ppuntat lil Ġużeppi; Ġesù jwieġeb: «Missieri», waqt li jifhem il-Missier ċelesti.

Waqt li jirreferi għad-dixxendenza tiegħu divina, Huwa jrid jenfasizza mhux tant li t-Tempju, dar ta’ Missieru, huwa l-«post» naturali tal-preżenza tiegħu, daqs kemm pjuttost li Huwa jrid jinteressa ruħu dwar dak kollu li jirrigwarda lill-Missier u lill-pjan tiegħu.

Huwa feħsiebu jikkonferma li biss ir-rieda tal-Midssier hija għalih in-norma li torbot l-ubbidjenza tiegħu.

Din ir-riferenza għad-dedikazzjoni totali għall-pjan ta’ Alla hija mixhuda fit-test evanġeliku mill-espressjoni verbali «huwa meħtieġ», li tidher, imbagħad, fl-aħbar tal-Passjoni (cf. Mk 8,31).

Lill-ġenituri tiegħu,  għalhekk, hu mitlub li jħalluh imur biex iwettaq il-missjoni tiegħu hemm fejn tmexxih ir-rieda tal-Missier ċelesti.

4. L-Evanġelista jikkummenta: «Imma huma ma’ fehmux kliemu» (Lq 2,50).

Marija u Ġużeppi ma’ fehmux il-kontenut tat-tweġiba tiegħu, linqs il-mod, li donnu għandu dehra ta’ rifjut, li bih Hu jirrejaġixxi għall-inkwiet tagħhom ta’ ġenituri. B’dan l-atteġġjament Ġesù jrid jirrivela l-aspetti misterjużi tal-intimità tiegħu mal-Missier, aspetti li Marija  tirrejalizza mingħajr ma tafhom iżda tgħaqqad mal-prova li kienet qed tgħaddi minnha.

Il-kliem ta’ Luqa jippermettilna nagħrfu kif Marija tgħix fl-esseri tagħha profond  dan l-episodju tassew singolari: Hija «kienet iżżomm dawn il-ħwejjeġ kollha f’qalbha» (Lq 2,51). Omm Ġesù tgħaqqad il-ġrajjiet mal-misteru tal-Iben, li kienu ġew irrivelati lilha fl-Annunzjazzjoni, u   tanalizzahom fis-skiet tal-kontemplazzjoni, waqt li toffri l-kollaborazzjoni tagħha fl-ispirtu ta’ «fiat» imġedded. 

Hekk tibda l-ewwel ħolqa ta’ katina ta’ grajjiet li jwasslu lil Marija biex tissupersa b’mod progressiv ir-rwol nsaturali, li  jirriżultalha mill-maternità, biex tpoġġi lilha nfisha għas-servizz tal-missjoni ta’ Binha divin.

Fit-Tempju ta’ Ġerusalem, f’dan il-preludju tal-missjoni feddejja tiegħu, Ġesù jassoċjsa miegħu lil Ommu: Hija ma tkunx iktar biss Dik li ġġeneratu, imma l-Mara li, bl-ubbidjenza propja tagħha għall-Pjan tal-Missier, tistà tikkollabora fil-misteru tal-Fidwa.

U hekk Marija, waqt li żżomm f’qalbha ġrajja hekk mgħobbija b’sinifikat, tasal għal dimensjoni ġdida tal-koperazzjoni tagħha fil-Fidwa.

Insegnamenti di Giovanni Paolo II, XX/1 (1997) p. 99-102.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading