Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Verġni Marija. Udjenza Ġenerali – 22/10/1997.
1. Il-Konċilju Vatikan II jiddikjara li l-kult tal-Beata Verġni, «li dejjem kien fil-Knisja, għalkemm għal kollox singolari, jiddeferixxi b’mod essenzjali mill-kult ta’ adorazzjoni, mogħti lill-Verb inkarnat bħal dak lill-Missier u lill-Ispirtu Santu, u b’mod partkolari jippromovih».1
B’dan il-kliem il-Kostituzzjoni Lumen gentium ittenni l-karatteristiċi tal-kult marjan. Il-qima tal-fidili lejn Marija, għalkemm superjuri għall-kult indirizzat lill-qaddisin l-oħra, huwa madankollu inferjuri għall-kult tal-adorazzjoni rriservat lil Alla, li minnu huwa essenzjalment differenti.
Bit-terminu «adorazzjoni» tiġi ndikata l-forma ta’ kult li l-bniedem jagħti lil Alla, waqt li jagħrfu bħala Ħallieq u Sid tal-univers. Illuminat mir-rivelazzjoni divina, in-nisrani jadura lill-Missier «fi spirtu u verità» (Ġw 4,23). Mal-Missier, jadura lil Kristu, Verb inkarnat, waqt li jistqarr mal-Appostlu Tumas: «Mulej tiegħi u Alla tiegħi!» (Ġw 20,28). Fl-istess att ta’ adorazzjoni jinkludi, fl-aħħarnett, lill-Ispirtu Santu, li «mal-Missier u mal-Iben huwa adurat u gglorifikat»,2 bħal ma jfakkar is-Simbolu Niċen-Konstantinoplitan.
Il-fidili meta jsejħu lil Marija bħala «Omm Alla» u jikkontemplaw fiha l-ogħla dinjità msawba fuq krejaturi, ma jagħtuhiex però kult ugwali għal dak tal-persuni divini. Hemm distanza nfinita bejn il-kult marjan u dak indirizzat lit-Trinità u lill-Verb inkarnat.
[648] Minn dan jinkiseb li l-istess lingwaġġ li bih il-komunità nisranija ddur lejn il-Verġni, minkejja li kultant jirrakkomanda t-termini tal-kult lil Alla, jassumi sinifikat u valur differenti għal kollox. Hekk l-imħabba li dawk li jemmnu ikabbru lejn Marija tiddeferixxi minn dik li huma jafu lil Alla: waqt li l-Mulej għandu jkun maħbub fuq kull ħaġa bil-qalb kollha , bir-ruħ kollha u bil-moħħ kollu (cf. Mt 22,37), is-sentiment li jgħaqqad lill-insara mal-Verġni jerġà jipproponi fuq il-pjan spiritwali l-effet tal-ulied lejn l-omm.
2. Bejn il-kult marjan u dak mogħti lil Alla hemm, iżda, kontinwità: infatti, l-unur mogħti lil Marija huwa metodiku u jwassal għall-adorazzjoni tat-Trinità Mqaddsa.
Il-Konċilju jfakkar li l-qima tal-insara għall-Verġni «b’mod singolari tippromwovi» il-kult misluf lill-Verb inkarnat, lill-Missier u lill-Ispirtu Santu. Iżid imbagħad fil-prospettiva kristoloġika li «l-forom differenti ta’ devozzjoni lejn Omm Alla, li l-Knisja approvat fil-limiti ta’ duttrina sana u ortodossa, skont iċ-ċirkustanzi ta’ żmien u post u n-natura u l-mentalità tal-fidili, jagħmlu iva, li waqt li hija onorata l-Omm, l-Iben li għalih jeżistu l-ħwejjeġ kollha (cf. Kol 1,15-16) u li “fih jogħġob lill-Missier etern li tistrieħ il-milja kollha” (Kol 1,19) ikun magħruf sewwa, maħbub, igglorifikat, u jkunu osservati l-kmandamenti tiegħu».3
Sa mill-bidunett tal-Knisja l-kult marjan huwa ddestinat biex jippromwovi l-għaqda fidila lejn Kristu.
Li tqim l-Omm ta’ Alla jfisser tiddikjara d-divinità ta’ Kristu. Infatti, is-Santi Padri tal-Konċilju ta’ Efesu, waqt li jipproklamaw lil Marija Theotokos, «Omm Alla», riedu jikkonfermaw il-fidi fi Kristu, tassew Alla.
L-istess konklużjoni tar-rakkont tal-ewwel miraklu ta’ Ġesù, miksub f’Kana bl-interċessjoni ta’ Marija, jixhed kif l-azzjoni tagħħa hija finalizzata għall-glorifikazzjoni tal-Iben. Jgħid infatti l-evanġelista: [649] «Hekk Ġesù ta bidu għall-mirakli tiegħu f’Kana tal-Galilea, wera l-glorja tiegħu u d-dixxipli tiegħu emmnu fih» (Ġw 2,11).
3. Il-kult marjan jiffavorixxi wkoll, f’min jipprattikah skont l-ispirtu tal-Knisja, l-adorazzjoni tal-Missier tal-Isprtu Santu. Infatti waqt li jagħrfu l-valur tal-maternità ta’ Marija, dawk li jemmnu jiskopru fiha wirja speċjali tal-ħlewwa ta’ Alla l-Missier.
Il-misteru tal-Verġni Omm jenfasizza l-azzjoni tal-Ispirtu Santu li opera f’ġufha l-konċepiment tat-tifel u ggwida b’mod kontinwu ħajjitha.
It-titoli ta’ Konsolatriċi, Avukata, Awżiljatriċi, mogħtija lil Marija mill-ħniena tal-poplu nisrani, ma jdellux, imma jeżaltaw l-azzjoni tal-Ispirtu Konsolatur u jiddisponu lil dawk li jemmnu biex jibbenefikaw mid-doni tagħha.
4. Il-Konċilju, fl-aħħarnett ifakkar li l-kult marjan huwa «għal kollox singolari» u jenfasizza d-differenza fejn tidħol l-adorazzjoni ta’ Alla u l-qima tal-qaddisin.
Dan jippossiedi speċifikazzjoni tiegħu rrepetibbli għaliex jirreferi għal persuna unika minħabba l-perfezzjoni personali u minħabba l-missjoni tagħha.
Għal kollox eċċezzjonali, infatti, huma d-doni msawba fuq Marija mill-imħabba divina, bħall-qdusija mmakulata, il-maternità divina, l-assoċjazzjoni fl-opra feddejja u speċjalment fis-sagrifiċċju tas-Salib.
Il-kult marjan jesprimi t-tifħir u r-rikonoxxenza tal-Knisja għal tali doni straordinarji. Lejha, li saret Omm il-Knisja u Omm l-umanità , jirrikorri l-poplu nisrani, imħeġġeġ minn kunfidenza filjali, biex ifittex l-interċessjoni materna tagħha u jikseb il-ġid meħtieġ għall-ħajja terrena in vista tal-beatitudni eterna.
NOTI
1 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 66.
2 Denz.-Schön., 150.
3 Conc. Ecum. Vat. II, Costituzione dogmatica Lumen gentium, 66.
Insegnamenti di Giovanni Paolo II, XX/2 (1997) p. 647-649.
Miġjub għall-Mati mit-Taljan minn Emanuel Zarb