Data ġdida għall-Konsagrazzjoni Episkopali tal-Isqof Anton Teuma


Fid-dawl tal-aħħar miżuri mħabbra dalgħodu mill-Gvern għall-kontroll tal-imxija tal-Covid- 19, id-Djoċesi ta’ Għawdex tħabbar dawn il-bidliet fil-Programm tal-Inawgurazzjoni Uffiċjali tal-Ministeru Episkopali ta’ Dun Anton Teuma bħala d-Disa’ Isqof ta’ Għawdex.

  • Il-KONSAGRAZZJONI EPISKOPALI tmexxiet għal nhar il-Ġimgħa 21 ta’ Awwissu, fil- 5.30pm, fir-Rotunda Arċipretali ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija.
  • Iċ-ĊELEBRAZZJONI TA’ TALB bi tħejjija għall-Konsagrazzjoni Episkopali sa tinżamm nhar il-Ħamis 20 ta’ Awwissu, fit-8.00pm, fil-Kappella tal-Istitut tal-Familja Papa Ġwanni Pawlu II, il-Belt Victoria, u sa ssir bil-magħluq.

Poster Inawgurazzjoni Ufficjali Aggornat