17. Il-Providenza Divina fid-Dawl ta’ Vatikan II


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Ħolqien. Udjenza Ġenerali –  18/06/1986.

1. Il-verità dwar il-Providenza divina tidher bħala l-punt ta’ konverġenza tal-bosta veritajiet miġbura fid-dikjarazzjoni: “Kredu, jiena nemmen f’Alla, Missier omnipotenti, Ħallieq tas-sema u l-art”.

Għall-għana tagħha u attwalità kontinwa hija kellha tiġi ttrattata mill-maġisteru kollu tal-Konċilju Vatikan II, li għamel dan b’mod eċċellenti. F’ħafna dokumenti konċiljari, infatti, nsibu riferenza  xierqa għal din il-verità tal-fidi: u din hija preżenti b’mod partikolari fil-kostituzzjoni Gaudium et Spes. Li tpoġġiha fid-dawl ifisser twettaq rikapitolizzazjoni attwalizzanti tal-katekeżi preċedenti dwar il-Providenza divina.

2. Bħal ma hu magħruf il-kostituzzjoni Gaudium et Spes (n. 2) tiffaċċja t-tema: il-Knisja fid-dinja kontemporanja. .Sa minn l-ewwel paragrafi, iżda, wieħed jara b’mod ċar li tittratta din it-tema fuq il-bażi tal-maġisteru tal-Knisja mhuwiex possibbli bla ma nerġgħu nmorru lura għall-verità rivelata dwar ir-rapport ta’ Allaa mad-dinja, u finalment għall-verità tal-Providenza divina. Naqraw infatti: “Id-dinja . . . li l-konċilju għandu preżenti hija dik . . . tal-bnedmin . . . id-dinja li l-insara jemmnu maħluqa u miżmuma teżisti mill-imħabba tal-Ħallieq, dinja bla dubju ta’ xejn mqiegħda taħt il-jasar tad-dnub imma meħlusa mill-Kristu msallab u rxuxtat bit-telfa tal-ħażin u ddestinata, skont l-intenzjoni divina, biex tinbidel u tasal għat-twettiq tagħha”  (Gaudium et Spes, 2).

Din id-“deskrizzjoni” tinvolvi d-duttrina kollha tal-Providenza, mifhumha kemm bħala pjan fl-istorja, kif ukoll bħala finalizzazzjoni feddejja u eskatoloġika tal-univers u speċjalment tad-dinja umana skont il-“predestinazzjoni fi Kristu”, ċentru u  sies tal-ħwejjeġ kollha. B’dan il-mod terġ1 tinqabad mat-termini l-oħra l-istqarrija dmmatika tal-Konċilju Vatikan I: “Dak kollu li ħalaq, Alla jżommu u jmexxih, bil-providenza tiegħu  «billi jestendi minn tarf għal ieħor u jmexxi bi tjubija kull ħaġa» (cf. Għerf 8, 1). «Kollox huwa għeri u mikxuf għal għajnejh» (cf. Lh 4, 13), ukoll dak li se jseħħ b’inizjattiva libera tal-krejaturi” (De Fide, DS 3003). Iktar b’mod speċifiku, sa mill-punt tat-tluq, il-Gaudium et Spes tiffoka kustjoni tant  rilevanti għat-tema tagħna daqskemm għażiża għall-bniedem tallum: kif  jiffurmaw ruħhom il-“kobor” tas-saltna ta’ Alla u l-iżvilupp (evoluzzjoni) tad-dinja. Insegwu issa il-linji kbar ta’ tali espożizzjoni, waqt  li nindikaw id-dikjarazzjonijiet ewlenin.

3. Fid-dinja viżibbli l-protagonista tal-iżvilupp storiku u kulturali huwa l-bniedem. Maħluq xbiha u xebħ ta’ Alla, minnu kkonservat fl-esseri u mmexxi b’imħabba paterna fid-dmir li “jiddomina” lkrejaturi l-oħra, il-bniedem f’ċertu sens huwa, għalih innifsu, “providenza”. “L-attività umana ndividwali u kollettiva, jew aħjar dak l-isforz  sinifikanti li bih il-bnedmin fil-korsa tas-sekli jfittxu li jimmeljoraw il-kondizzjonijiet tal-ħajja propji, meqjus fih innifsu, jikkorrispondui mal-pjan ta’ Alla. Il-bniedem, infatti, maħluq xbiha ta’ Alla, irċieva l-amar biex jissottometti għalih l-art b’dak kollu li fiha, u li jmexxi d-dinja fil-ġustizzja u l-qdusija, u hekk ukoll biex ireġġa lura lilu nnifsu u l-univers kollu lil Alla, waqt li jagħraf fih il-Ħallieq tal-ħwejjeġ kollha;  sabiex, fis-subordinazzjoni tar-realtajiet kollha tal-bniedem, ikun igglorifikata l-isem ta’ Alla fuq l-art kollha” (Gaudium et Spes, 34).

Preċedentement, l-istess document konċiljari kien iddikjara: “Il-bniedem ma jiżbaljax li jagħraf lilu nifsu superjuri għall-ħwejjeġ korporali u li jikkonsidra lilu nnifsu iktar minn biss partiċella tan-natura jew element anonimu tal-belt umana. Infatti, minħabba l-interjorità tiegħu huwa jittraxxendi l-univers: f’dik l-interjorità profonda huwa jerġà lura, meta jdur lejn qalbu, hem fejn jistennieh, li jippenetra l-qlub, hem fejn taħt il-ħarsa ta’ Alla huwa jiddeċiedi dwar id-destin tiegħu” (Gaudium et Spes, 14).

4. L-iżvilupp tad-dinja lejn strutturi ekonomiċi u kulturali dejjem iktar rispondenti għall-esiġenzi integrali tal-bniedem huwa dmir li jaqà fil-vokazzjoni tal-bniedem stess għad-dominju tal-art. Għalhekk ukoll is-suċċessi realii taċ-ċiviltà xjentifika u tekniika tallum, xejn inqas minn dawk tal-kultura umanistika u tal-“għerf” tas-sekli kollha,  jaqgħu fid-dmir tal-“providenza” relatata lill-bniedem għall-attwazzjoni tal-pjan ta’ Alla fid-dinja. F’dan id-dawl il-Konċilju jara u jagħraf il-valur u l-funzjoni tal-kultura u tax-xogħol ta’ żmienna.

Infatti fil-kostituzzjon Gaudium et Spes (Gaudium et Spes, 53-54) hem deskritta il-kundizzjoni kulturali u soċjali l-ġdida tal-umanità, bin-noti tagħha distintivi u l-possibiltajiet tagħha ta’ avanz hekk rapidu li jqanqal stagħġib u tama. Il-Konċilju ma joqgħodx lura milli jrendi xhieda għas-suċċessi tal-għaġeb tal-bnidem  billi jinkludihom fil-kwadru tal-pjan u tal-amar ta’ Alla u billi jgħaqqadhom barra minn hekk mal-Vanġelu ta’ fraternità ippridkat minn Ġesù Kristu: “Il-bniedem infatti, meta jikkultiva l-art bix-xogħol ta’ dirgħajh jew bil-għajnuna tat-teknika, sabiex din tipproduċi frott u ssir għamara xierqa tal-familja umana universali, u meta jipparteċipa b’mod konxju fil-ħajja tal-gruppi soċjali, ikun qed jattwa l-pjan ta’ Alla, immanifestat fil-bidu taż-żmenijiet, ta’ sottomissjoni tal-art u ta’ perfezzjonament tal-ħolqien, u jikkoltiva lilu nnifsu: fl-istess ħin iqiegħed fil-prattika il-kmandament kbir ta’ Kristu  li jħaddem lilu nnifsu għas-servizz tal-aħwa” (Gaudium et Spes, 57 e 63).

5. Il-Konċilju madankollu ma jagħlaqx għajnejh dwar il-problemi enormi li jolqtu l-iżvilupp tal-bniedem tallum, kemm fid-dimensjoni tiegħu ta’ persuna, kif ukoll f’dik ta’ komunità. Tkun illużjoni temmen li tistà tinjorahom, kf ikun żball li tqegħdhom b’mod  mhux korrett jew insuffiċjenti,  fil-pretensjoni assurda li tgħaddi mingħajr ir-riferenza meħtieġa għall-providenza u għar-rieda ta’ Alla. Jgħid il-Konċilju: “Fi żmienna, il-ġeneru uman, imqanqal minn ammirazzjoni għall-iskoperti propji ul-qawwa propja, jistaqsi sikwit lilu nnifsu   b’ansjetà dwar l-evoluzzjoni attwali tad-dinja, dwar il-post u dwar id-dmir tal-bniedem fl-univers, dwar is-sens tal-isforzi ndividwali u kollettivi tiegħu, u wkoll dwar l-iskop aħħari tal-ħwejjeġ u tal-bnedmin” (Gaudium et Spes, 3). U jispjega: “Bħal ma jiġri f’kull kriżi ta’  twemin, din il-bidla  iġġorr magħha diffikultajiet xejn ħfief. Hekk, waqt li l-bniedem jestendi b’mod hekk wiesà il-qawwa tiegħu, mhux dejjem jirnexxilu jpoġġiha għas-servizz tiegħu. Jisforz biex jippenetra fl-iktar intimu ta’  moħħu. Imma spiss jidher iktar inċert dwaru nnifsu.

Jiskopri ftit ftit b’mod iktar ċar il-liġijiet tal-ħajja soċjali, imma mbagħad jibqà eżitanti dwar id-direzzjoni li jrid iżomm” (Gaudium et Spes, 4). Il-Konċilju jitkellem b’mod espliċitu minn “kontraddizzjonijiet u skwilibri” iġġenerati minn evoluzzjoni “rapida u mwettqa b’mod diżordinat” fil-kondizzjonijiet soċjo-ekonomiċi, fid-drawwa, fil-kultura, kif ukoll fil-ħsieb u fil-koxjenza tal-bniedem, fil-familja, fir-rapporti soċjali, fir-relazzjonijiet bejn il-gruppi, il-komunitajiet u n-nazzjonijiet, b’ konsegwenti “suspetti u animożitajiet, ġlied u ħruxijiet, li tagħhom il-bniedem stess huwa f’ħin wieħed kawża u vittma”.   U fl-aħħar nett il-Koċilju jasal għall-għeruq meta jiddikkjara: “L-iskwilibri li minnhom issofri d-dinja kontemporanja jorbtu ma’ skwilibru iktar fondamentali, li għeruqu jinsabu fil-qalb tal-bniedem” (Gaudium et Spes, 10).

6. Quddiem din is-sitwazzjoni tal-bniedem fid-dinja tallum tidher għal kollox inġustifikata l-mentalità li skontha d-“dominju” li hu jattribwixxi lilu nnifsu huwa assolut u radikali u jistà jkun imwettaq f’assenza totali ta’ riferenza għall-Providenza divina. Hija illużjoni  vojta u perikoluża dik li tibni ħajtek u tagħmel mid-dinja s-saltna tal-kuntentizza tiegħek b’mod esklussiv bil-qawwiet tiegħek. Hija t-tentazzjoni l-kbira li fiha waqà l-bniedem modern, li nesa li l-liġijiet tan-natura jikkondizzjonaw ukoll liċ-ċiviltà industrijali u postindustrijali (cf. Gaudium et Spes, 26-27). Imma huwa faċli li ċċedi  għall-iżball ta’ pretensjoni awtosuffiċjenti fid-“dominju” progressiv tal-qawwiet tan-natura, sa ma jasal li jinsa lil Alla jew li jqiegħed lilu nnifsu f’postu.

Illum din il-pretensjoni f’xi ambjenti tasal għal forom ta’ manipulazzjoni bijoloġika, ġenetika, psikoloġika . . . li jekk ma tkunx miżmuma dritta mill-kriterji tal-liġi morali (u allura mit-twettiq tas-saltna ta’ Alla) tistà ssolvi ruħha fis-supremazija tal-bniedem fuq il-bniedem, b’konsegwenzi  diżastrużi b’mod traġiku. Il-Konċilju, waqt li jirrikonoxxi lill-bniedem tallum il-kobor tiegħu, imma wkoll il-limitu tiegħu, fl-awtonomija leġittima tal-ħwejjeġ maħluqa, fakkru l-verità tal-Providenza divina li  tiltaqà mal-bniedem biex tassistih u tgħinu. F’dan ir-rapport ma’ Alla Missier, ħallieq u providenti, il-bniedem jistà jiskopri b’mod kontinwu s-sies tas-salvazzjoni tiegħu.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.