4. Il-Ħolqien huwa Xogħol it-Trinità


Katekeżi mill-Papa Ġwanni Pawlu II dwar il-Ħolqien. Udjenza Ġenerali –  05/03/1986.

1. Ir-riflessjoni dwar il-verità tal-ħolqien, li biha Alla sejjaħ għall-eżistenza d-dinja mix-xejn, timbotta l-ħarsa tal-fidi tagħna għall-kontemplazzjoni ta’ Alla Ħallieq, li jirrivela fil-ħolqien l-omnipotenza tiegħu, l-għerf tiegħu u imħabbtu. L-omnipotenza tal-Ħaallieq tidher kemm fis-sejħa tal-krejaturi mix-xejn għall-eżistenza, kif ukoll fil-manteniment tagħhom fl-eżistenza. “Kif tistà teżisti ħaġa, jekk int ma tridhiex? Jew iżżomm ruħha jekk int ma tkunx sejjaħtilha?” jistaqsi l-Awtur tal-ktieb tal-Għerf (Għerf 11, 25).

2. L-omnipotenza tirrivela wkoll l-imħabba ta’ Alla li, waqt li joħloq, jagħti l-eżistenza lil esseri differenti minnu,  flimkien differenti bejniethom. Ir-realtà tal-għoti tiegħu xxerred l-esseri kollu u l-eżistenza tal-ħolqien. Toħloq ifisser tagħti (tagħti b’mod speċjali l-eżistenza). U dak li jagħti, jħobb. Dan jiddikkjarah l-Awtur tal-Ktieb tal-Għerf, meta jistqarr: “Int tħobb il-ħwejjeġ kollha eżistenti u ma tiddisprezza xejn minn dak li ħloqt, li kieku bgħadt lil xi ħaġa, linqas biss ma kont toħloqha”; (Għerf 11, 24) u jżid: “Int issalva l-ħwejjeġ kollha, għaliex ilkoll huma tiegħek, Mulej, li tħobb il-ħajja” (Għerf 11, 26).

3. L-imħabba ta’ Alla hija diżinteressata: timmira biss li l-ġid jiġi lill-eżistenza, idum u jiżviluppa skont id-dinamika li hija propja tiegħu. Alla Ħallieq huwa Dak “li l-opra kollha b’mod effikaċi, taqbel mar-rieda tiegħu” (Ef 1, 11). U l-opra kollha tal-ħolqien tappartjeni għall-pjan tal-fidwa, il-proġett misterjuż “moħbi għal sekli fil-moħħ ta’ Alla, ħallieq tal-Univers” (Ef 3, 9). Permezz tal-att tal-ħolqien tad-dinja, u b’mod partikolari tal-bniedem, il-pjan tal-fidwa jibda biex jiġi mwettaq. Il-ħolqien huwa l-opra tal-Għerf li jħobb, bħal ma tfakkar l-Iskrittura Mqaddsa f’diversi siltiet. (cf. ex. Gr., Prov. 8, 22-36)

Huwa ċar mela li l-verità tal-fidi dwar il-ħolqien tikkuntrasta b’mod radikali mat-tejoriji tal-filosofija materjalistika, li jaraw il-kożmu bħala riżultat ta’ evoluzzjoni tal-materja  li twassal għal pura kumbinazzjoni u ħtieġa.

4. Santu Wisin jgħid: “Hemm bżonn li aħna, waqt li nħarsu lejn il-Ħallieq fl-opri minnu maħluqa, nogħlew għall-kontemplazzjoni tat-Trinità, li tagħha il-ħolqien sa proporzjon ġust u ċert iġġorr  il-ħjiel” (S. Wistin De Trinitate, VI, 10, 12). Hija verità tal-fidi li d-dinja ta fil-bidu tagħha fil-Ħallieq, li huwa Alla Wieħed u Tlieta. Billi l-opra tal-ħolqien tiġi attribwita b’mod speċjali lill-Missier – hekk infatti nipprofessaw fis-simboli tal-fidi (“Nemmen f’Alla l-Missier li jistà kollox, li ħalaq is-sema u l-art”) – hija wkoll verità tal-fidi li l-Missier, l-Iben u l-Ispirtu Santu huma l-“bidu” uniku u iviżibbli tal-ħolqien.

5. L-Iskrittura Mqaddsa twettaq b’modi differenti din il-verità: l-ewwelnett f’dak li jolqot l-Iben, il-Verb, il-Kelma konsustanzjali mal-Missier. Diġa fit-Testment il-Qadim hemm preżenti diversi aċċenni sinifikattivi, per eżempju dan il-versett elokwenti tas-Salm: “Mill-kelma tal-Mulej saru s-smewwiet” (Sal 33 [32], 6). Din hija stqarrija li ssib l-espliċitazzjoni tagħha sħiħa fit-Testment il-Ġdid, Bhal per eżempju fil-Prologu ta’ Ġwanni: “Fil-bidu kienet il-Kelma u l-Kelma kienet għand Alla u l-Kelma kienet Alla . . . Kollox sar biha, u mingħajrha ma sar xejn minn dak kollu li jeżisti . . . u d-dinja saret biha” (Ġw 1, 1-2. 10). L-L-Ittri ta’ Pawlu jxandru li kull ħaġa saret “F’Ġesù Kristu”: infatti dawn jitkellmu dwar “Mulej wieħed Ġesù Kristu, bis-saħħa ta’ min jeżistu l-ħwejjeġ kollha u aħna neżistu għalih” (1 Kor 8, 6). Fl-Ittra lill-Kolossin naqaraw: “Hu (Kristu) huwa xbiha tal-Alla inviżibbli, iġgenerat qabel kull krejaturi; għaliex, permezz tiegħu inħolqu l-ħwejjeġ kollha, dawk fis-smewwiet u dawk fl-art, dawk li jidhru u dawk li ma jidhrux. . . Il-ħwejjeġ kollha nħolqu permezz tiegħu u minħabba fih. Huwa hu qabel l-ħwejjeġ kollha u dawn kollha jeżistu fih” (Kol 1, 15-17).

L-Appostlu jsostni l-preżenza operanti ta’ Kristu kemm bħala kawża tal-ħolqien (“permezz tiegħu”), kif ukoll bħala skop tiegħu (“minħabba fih”). Din hija tema li fuqha jeħtieġ li nerġgħu nduru. Sadattant ninnutaw li wkoll l-Ittra lil-Lhud tikkonferma li Alla permezz tal-Iben “għamel ukoll id-dinja” (Lh 1, 2) u li l-“Iben . . . isostni kollox bil-qawwa ta’ kelmtu” (Lh 1, 3).

6. Hekk it-Testment il-Ġdid, u b’mod partikulari l-kitbiet ta’ San Pawl u ta’ San Ġwann, japprofondixxu u jarrikixxu s-sejħa mill-ġdid għall-Għerf u għall-Kelma ħallieqa diġa preżenti fit-Testment il-Qadim . . . “Mill-Kelma tal-Mulej kienu magħmula s-smewwiet” (Sal 33 [32], 6). Nippreċiżaw li dak il-Verb ħallieq mhux biss kien “ħdejn Alla”, imma “kien Alla”, u wkoll ġaladarba kien Iben konsustanzjali mal-Missier, il-Verb ħalaq id-dinja flimkien mal-Missier: “u d-dinja kienet magħmula permezz tiegħu” (Ġw 1, 10).

Mhux biss: id-dinja kienet ukoll maħluqa b’riferenza għall-persuna (ipostasi) tal-Verb. “Xbiha tal-Alla inviżibbli” (Kol 1, 15), il-Verb, li hu l-Iben Etern, “radjazzjoni tal-glorja tal-Missier  u impressjoni tas-sustanza tiegħu” (cf. Lh 1, 3) huwa wkoll Dak li kien “iġgenerat qabel kull krejaturi oħra” (Kol 1, 15), fis-sens li l-ħwejjeġ kollha kienu maħluqa fil-Verb-Iben, biex isiru, fiż-żmien, id-dinja tal-krejaturi, imsejħa mix-xejn għall-eżistenza “minbarra Alla”. F’dan is-sens “kollox kien magħmul permezz tiegħu, u mingħajru xejn ma sar minn dak kollu li jeżisti” (Ġw 1, 3).

7. Wieħed mela jistà jiddikjara li r-rivelezzjoni tippreżenta, mill-univers, struttura “loġika” (minn “Logos”: Verb) u struttura “ikonika” (minn “eikon”: xbiha tal-Missier). Sa miż-żminijiet tas-Santi Padri tal-Knisja ikkonsolida ruħu infatti t-tagħlim, skont liema l-ħolqien iġorr fih “il-fdal tat-Trinità” (“vestigia Trinitatis”). Dan huwa opra tal-Missier permezz tal-Iben u tal-Ispirtu Santu. Fil-ħolqien jirrivela ruħu l-Għerf ta’ Alla: fih l-indikata struttura  doppja “loġika-ikonika” tal-krejaturi hija intimament magħquda mal-istruttura tal-għoti, bħal ma jgħidu xi tejoloġi moderni.

Il-krejaturi singuli mhumiex biss “kliem” tal-Verb, li bih il-Ħallieq jimmanifesta ruħu lill-intelliġenza tagħna, imma huma wkoll “għotjiet” tar-Rigal: dawn iġorru fihom it-timbru tal-Ispirtu Santu, Spirtu ħallieq.

Ma kienx diġa migħud fl-ewwel versetti tal-Ġenesi: “Fil-bidu Alla ħalaq is-sema u l-art (l-univers) . . . u l-ispirtu ta’ Alla kien jiġġerra fuq l-ilmijiet” (Ġen 1, 1-2)? L-aċċenn suġġestiv ukoll jekk vag, għall-azzjoni tal-Ispirtu f’dak l-ewwel “bidu” tal-univers, jidher iktar sinifikattiv għalina li naqrawh fl-ewwel dawl tal-rivelazzjoni neotestamentarja sħiħa.

8. Il-ħolqien huwa opra ta’ Alla Wieħed u Tlieta. Id-dinja “maħluqa” fil-Verb-Iben tiġi “mogħtija lura” flimkien mal-Iben lill-Missier, permezz tad-Don Inkreat konsustanzjali għat-tnejn, li huwa l-Ispirtu Santu. B’dan il-mod id-dinja tiġi “maħluqa” f’dik l-Imħabba  li hija l-Ispirtu tal-Missier u tal-Iben. Dan l-univers imħaddan mill-Imħabba eterna, jibda jeżisti fil-waqt magħżul mit-Trinità bħala l-bidu taż-żmien.

B’dan il-mod il-ħolqien tad-dinja huwa opra tal-Imħabba; l-univers don maħluq,  joħroġ mid-Don Inkreat, tal-Imħabba reċiproka tal-Missier u tal-Iben, mit-Trinità Mqaddsa.

Miġjub għall-Malti mit-Taljan minn Emanuel Zarb.