Għal dawk il-membri tal-midja li jixtiequ jattendu għall-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Dun Anton Teuma


Dawk il-membri tal-midja li jixtiequ jattendu għall-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Dun Anton Teuma, li ħa sseħħ nhar il-Ġimgħa li ġej, 21 ta’ Awwissu, fir-Rotunda ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija, u tibda fil-5.30pm (iddum xi sagħtejn), huma mitluba jinfurmaw lil dan l-Uffiċċju sal-lejla biex nistgħu ngħarrfuhom bil-kundizzjonijiet.

Fid-dawl tar-restrizzjonijiet attwali u tal-fatt li x-xandira ta tkun trażmessa fuq l-istazzjon nazzjonali televiżiv, tapprezzaw li se jkun hemm spazju allokat apposta mnejn wieħed jista’ jiffilmja jew jieħu ritratti. Bħala Uffiċċju Komunikazzjoni aħna se nkunu qed nipprovdu wkoll filmati u ritratti dritt wara ċ-ċelebrazzjoni.

Grazzi ħafna tal-kollaborazzjoni tagħkom.

Francesco Pio Attard

PR Office | Diocese of Gozo

w: http://www.gozodiocese.org

fb: http://www.facebook.com/gozodiocese