Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr tal-Isqof Mario Grech


Il-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr tal-Isqof Mario Grech, għada l-Ħamis 27 ta’ Awwissu, fis-6.30pm, fir-Rotunda tax-Xewkija, għall-benefiċċju tal-ħafna li ma jistgħux jattendu fiżikament, se tkun imxandra fuq NET TV u fuq Xejk TV, kif ukoll bħas-soltu fuq il-midja soċjali tad-Djoċesi u fuq bosta radjijiet.