L-Ewwel Konferenza Episkopali Maltija mal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Anton Teuma

Il-Konferenza Episkopali Maltija tat merħba lill-Isqof il‑ġdid tad‑Djoċesi ta’ Għawdex, Mons. Anton Teuma, waqt laqgħa li saret ilbieraħ it‑Tlieta, l‑1 ta’ Settembru 2020, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il-Furjana. Matul il‑laqgħa nqrat ittra tal‑Isqof Emeritu Mons. Mario Grech, li fiha fisser l‑apprezzament tiegħu għall‑ħidma fraterna fi ħdan il‑Konferenza. L‑Isqfijiet irringrazzjaw lill-Isqof Grech għall‑kontribut importanti u siewi li ta matul dawn il‑15‑il sena filwaqt li wegħduh it-talb tagħhom fil-missjoni ġdida fil-Vatikan bħala Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet. Continue reading L-Ewwel Konferenza Episkopali Maltija mal-Isqof ta’ Għawdex Mons. Anton Teuma