Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof matul Ottubru 2020

Matul ix‑xahar ta’ Ottubru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Tista’ ssegwi dawn iċ-Ċelebrazzjonijiet minn fuq din il-paġna tal-Laikos … http://laikos.org/quddiesa_live.htm

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata Quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din il‑Quddiesa tiġi mtennija fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑Quddies f’dawn il‑knejjes:

Il‑Ħamis 1 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ġimgħa 2 ta’ Ottubru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa f’Jum il‑Forzi Armati, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ħamis 8 ta’ Ottubru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑anniversarju tal‑konsagrazzjoni tal‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.

Il‑Ġimgħa 16 ta’ Ottubru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa b’suffraġju għal ruħ Daphne Caruana Galizia, fil‑Knisja tal‑Bidnija.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Leave a Reply