Missio Malta u Missio Għawdex għandhom żewġ stediniet għalikom il-qarrejja:

- Jekk intom familja u issa li tinsabu tqatgħu aktar żmien id-dar, u għandkom aktar ħin, addottaw anzjan jew anzjana li jinsabu waħedhom u permezz tat-telefown jew xi mezz ieħor ta’ komunikazzjoni, tagħmlu kuntatt magħhom sabiex iżommuhom kumpanija u tigwidawhom fejn ikun meħtieġ skont il-bżonn.
- Jekk inti anzjan jew anzjana li tinsab fid-dar tiegħek jew f’xi dar tal-anzjani u qed tħossok waħdek, infurmana biex insibulek familja li tkun tista’ żżommlok kumpanija f’dawn iż-żminijiet diffiċli li għaddejjin minnu bħalissa minħabba l-imxija tal-COVID-19.
Ċemplilna issa fuq 2122 2001 biex tinkiteb jew jekk trid aktar informazzjoni. Aħna qegħdin hawn għalikom.
Sabiex tagħmel donazzjoni onlajn jew għal aktar tagħrif dwar Missio żur is-sit … www.missio.org.mt
jew ikkuntatjana fuq info@missio.org.t jew 2123 6962.
Grazzi mill-qalb.