Ġurnata Missjunarja


Nhar il-Ħadd 18 ta’ Ottubru jitfakkar Jum il-Missjoni.

Ma jistax jonqos li matul dan ix-xahar nitkellmu dwar ix-Xahar Missjunarju li jilħaq il-qofol tiegħu nhar il-Ħadd 18 ta’ Ottubru meta niċċelebraw il-Jum Dinji Missjunarju. It-tema mħabbra mill-Papa hija: “Hawn jien, ibgħat lili,” (Is. 6:8) filwaqt li t-tema li qed jiffoka fuqha din is-sena Missio Malta hija: “La tibżax, għax miegħek jien,” (Is. 41:10)

Matul ix-xahar ta’ Ottubru tista’ tkompli taqra aktar dwar dawn iż-żewġ temi fil-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob.

Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli niltaqgħu ma’ Sarah, tifla li ġiet salvata meta kienet miċħuda minn familtha stess għaliex ta’ erba’ snin kienet għadha ma titkellimx. F’artiklu ieħor naqraw dwar il-bidu u l-iżvilupp tas-Soċjetà Pontifiċja ta’ San Pietru Appostlu fi Franza fis-sena 1889 mix-xebba Jeanne Bigard.

Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962, jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt  Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt jew il-paġna ta’ Facebook: Missio Malta.

Għal aktar tagħrif … www.missio.org.mt

Tel:    +356 2123 6962
Mob: +356 9913 7373

Missio, 150, Triq Gafa, Mosta   MST 4128 Malta
Missio, Uffiċċju Missjunarju, 7, Triq il-Merkanti, Valletta   VLT 1171 Malta

VO No. 1178

missio.org.mt