Tnediet il-ħames edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Ottubru 2020: L‑Għaqda Biblika Maltija nediet il‑ħames edizzjoni tal‑Bibbja bil‑Malti riveduta skont l‑aħħar studji mill‑Biblisti Maltin. Il‑Bibbja, li għandha sservi ta’ gwida għall‑formazzjoni ta’ kull Nisrani, qed tiġi ppublikata fis‑60 anniversarju mit‑twaqqif tal‑Għaqda Biblika Maltija.

It‑tnedija tal‑Bibbja bil‑Malti ġiet ippreżentata lill‑Isqfijiet waqt laqgħa tal‑Konferenza Episkopali Maltija fil‑Kurja tal‑Arċisqof il‑Furjana.

Continue reading Tnediet il-ħames edizzjoni tal-Bibbja bil-Malti