Kotba ġodda mill-MUSEUM

Print Friendly, PDF & Email

Dan l-aħħar, is-Soċjetà tal-MUSEUM ippubblikat erba’ kotba bil-Malti li jistgħu jkunu ta’ għajnuna kemm fil-ħajja spiritwali u kif ukoll fil-ministeru pastorali ta’ saċerdoti, reliġjużi u lajċi.

It-tentazzjoni u d-dixxerniment 

Dan huwa traduzzjoni ta’ ktieb tat-teologu Ċilen Segundo Galilea li orġinarjament kien ippublikat fl-1991. Hu għodda tajba ħafna għad-dixxerniment personali u pastorali, għax jispjega b’mod prattiku kif nistgħu niddistingwu bejn it-tqanqil tal-Ispirtu Qaddis u dak li hu biss ingann u falsità.

Ara aktar dwar dan il-ktieb …

Mingħajru ma nistgħu tagħmlu xejn: inkunu missjunarji fid-dinja tal-lum 

Traduzzjoni oħra tal-ktieb-intervista ta’ Papa Franġisku mal-ġurnalista Gianni Valenti, li oriġinarjament kien ippublikat fl-2019. Jinkoraġġina nkunu dak li aħna msejħin għalih: missjunarji awtentiċi fid-dinja tal-lum. Il-Papa jemfasizza li kull apostolat jeħtieġ ikun il-frott ta’ relazzjoni ta’ mħabba bejn Ġesù u l-missjunarju.

Ara aktar dwar dan il-ktieb …

Il-qawwa tal-vokazzjoni: il-ħajja kkonsagrata llum 

Dan hu traduzzjoni ta’ ktieb-intervista ieħor ta’ Papa Franġisku, did-darba mal-missjunarju Fernando Prado. Joffri riflessjoni dwar kif żviluppat il-ħajja kkonsagrata fl-aħħar żmien, l-isfidi li ġew – jew għad hemm bżonn li jiġu – affrontati, u t-tagħlimiet li ħarġu minn dawn l-esperjenzi. Il-Papa jitkellem ukoll dwar mumenti kruċjali mill-ħajja personali tiegħu bħala reliġjuż. Oriġinarjament kien ippublikat fl-2014.

Għaxra żgħar imma kbar 

Ktieb ta’ Robert Aloisio, membru tas-SDC MUSEUM, li ġie ppublikat fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni ta’ Carlo Acutis. Jitratta l-ħajja ta’ għaxar żgħażagħ, ħafna minnhom ta’ żmienna, wieħed minnhom Malti, li taw xhieda bi kliemhom u b’għemilhom tal-fidi tagħhom f’Ġesù. Hu ideali għall-adolexxenti u għal dawk li jakkumpanjawhom, għax juri biċ-ċar li hu possibbli tgħix tajjeb illum ukoll, fis-seklu 21.

Ara aktar dwar dan il-ktieb …

Dawn il-kotba huma għall-bejgħ minn Librerija Preca, il-Blata l-Bajda … https://www.facebook.com/precalibrary/

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading