800 miljun tifel u tifla fid-dinja milqutin minn avvalenament taċ-ċomb
Skond ir-rapport tal-Unicef “Il-verità tossika” (The toxic truth), wieħed minn kull tlieta – jiġifieri 800 miljun tifel u tifla – huma milquta minn avvalenament taċ-ċomb, jew għandhom livelli ta’ ċomb fid-demm ta’ 5 mikrogrammi għal kull deċilitru jew aktar.
Dan tħabbar ilbieraħ hekk kif qegħdin fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Internazzjonali għall-ħarsien tal-avvalenament taċ-ċomb (25-31 ta’ Ottubru 2020). Il-maġġor parti tat-tfal milquta jgħixu fl-Afrika u fl-Asja, iżda ħafna minnhom huma affetwati wkoll fl-Amerika ċentrali u t’Isfel, kif ukoll fl-Ewropa tal-Lvant. Il-livell taċ-ċomb fid-demm naqas drastikament fil-pajjiżi sinjuri, dan wara li tieħdu miżuri biex jitneħħa gradwalment il-petrol u żebgħa biċ-ċomb.
Unicef spjegat li l-“Avvalenament taċ-ċomb jagħmel ħsara rriversabli lill-moħħ, kif ukoll l-iżvilupp tas-sistema tan-nervituri tat-tfal, il-qalb, il-pulmun, il-kliewi, u ħafna drabi fil-bidu ma jinħassu l-ebda sintomi jew inkella jinħassu sintomi żgħar. Dan l-aħħar qed jidhru l-konsegwenzi li dan qed iħalli”. It-tfal ta’ taħt il-ħames snin għandhom riskju kbir li jsoffru ħsara newroloġika, fuq il-moħħ u fiżiċi għall-ħajjithom kollha, kif ukoll jistgħu jmutu bl-avvalenament taċ-ċomb.
Fost tant pariri biex jifhmu jekk it-tfal humiex f’riskju li jkun esposti jew biex jipprevjenu: hu mportanti li wieħed jara jekk hemmx riskji marbutin maċ-ċomb fid-dar jew fil-komunitá fejn joqgħodu; jinżammu l-bogħod mill-postijiet ikkontaminati; tinkoraġixxi li tindera prassi tajba ta’ iġjene kif wieħed għandu jaħsel idejh, kif ukoll dieta tajba u bilanċjata bil-ħadid, kalċjum u Vitamina Ċ, kif ukoll tikkonsulta ma’ tabib meta tissuspetta li kienu esposti għaċ-ċomb.
Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/10/28/infanzia-unicef-colpiti-da-avvelenamento-da-piombo-800-milioni-di-bambini-nel-mondo-1-su-3/