Is-sena akkademika 2020-2021 tal-Istitut Agostinjan.

Print Friendly, PDF & Email

Din hija l-34 sena mit-twaqqif tal-Istitut Agostinjan (1986-2020). Il-ħidma fl-Istitut baqgħet waħda ta’ siwi u ħtieġa kbira fil-qasam tat-tagħlim teoloġiku u patristiku, fuq kollox ta’ S. Wistin, ġewwa Ġżiritna. Ta’ kull sena bqajna nirreġistraw għadd dejjem kostanti ta’ parteċipazzjoni għall-korsijiet, is-sena l-oħra (2019-2020) attendew 29. Għal din is-sena akkademika 2020-2021, li sejra tibda, nittamaw f’Alla u fl-interċessjoni tal-Qaddisin Agostinjani, ta’ S. Wistin u S. Tumas minn Villanova (pittura), isqof u Patrun tal-Istudji Agostinjani, lejn tmiem ix-xahar ta’ Frar 2021, ħtija tal-pandemija.

Il-Kors għal Kulħadd 2020-2021

Dwar l-10 Trattati fuq l-Ewwel Ittra ta’ S. Ġwann lill-Parti ta’ S. Wistin. Din is-sena sejjer jinżamm ikun il-kors ewlieni. Dan jikkonsisti f’għaxar lezzjonijiet, laqgħat, mogħtija minn membri tal-Bord tal-Istitut Agostinjan, minn P. Pierre Desira OSA, Ass. Dir. Ist. Agost., Prof. Mons. Hector Scerri, Kan. Dr Jonathan Farrugia, Dr Ritienne Debono MD, P. Mario Attard ofm cap., is-Sur Andre’ Debattista, u mill-Prof. P. Salvinu Caruana OSA,. It-trattati ta’ S. Wistin ġew maqluba għall-Malti minn P. Francis Calleja OSA u mfissra mill-Prof. P. Salvinu Caruana OSA. Min hu nteressat jixtrih il-ktieb (€20), jingħata b’xejn il-ktejjeb My Pen’s Toil,(54p.), bijo-biblijografija tal-Prof. P. S. Caruana OSA għal għeluq is-70 sena (1949-2019). Qabel kull lecture,fil-5.40pm issir il-Quddiesa.

It-23 edizzjoni tal-Annual St Augustine Lecture (2020) sejjer jingħata mill-Prof. Dr Dr Anthony Dupont tal-KU Leuven, f’video conference,nhar il-Erbgħa, 28 t’April fis-6.00pm fis-sala Tolentino tal-Kulleġġ S. Wistin, Pieta’. Is-suġġett tal-lecture tal-Prof. Dupont hu: Mater Christianorum Verissima (mor. 1.62). Augustine of Hippo’s Understanding of the Church as a Conciliatory, Critical and Christological Community.

Dħul sa 50 persuna biss, u b’appuntament sa nhar it-Tnejn, 26 t’April 2021 (mas-Segretarja Amm. Ms Antoinette Borg: toineborg@onvol.net – jew t. 2701 0827 –

Jum il-Gradwazzjoni

Nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Mejju 2021, fis-6.00pm, fl-Istitut Agostinjan għas-sena akkademika 2020-2021. Wara l-Ewkaristija immexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons Anton Teuma, Isqof Djoċesan t’Għawdex, jitqassam iċ-Ċertifikat ta’ Attendenza minnu wkoll.

 Il-LIVE-IN sejjer jinżamm, nhar is-Sibt 5 ta’ Ġunju 2021, il-Ħadd 6 ta’ Ġunju, u t-Tnejn 7 ta’ Ġunju. Iktar dettalji, dwar post, ħinijiet, ħlas, eċċ, jingħataw, dejjem skont iċ-ċirkustanzi tal-qagħda tal-pandemija, fi żmien tajjeb qabel. Booking mas-Segretarja Amm. Ms Antoinette Borg: toineborg@onvol.net – jew t. 2701 0827 – m. 9945 0099 – m. 7770 8700.


PROGRAMM

Sena Akkademika 2020-2021

Waħda u sħiħa hija l-Imħabba

10 Omeliji ta’ S. Wistin fuq l-Ittra ta’ S. Ġwann lill-Parti

tal-Prof. P. Salvinu Caruana OSA u P. Francis Calleja OSA

1. Il-Ġimgħa, 26 ta’ Frar 2021 (6.00 – 7.30pm)

L-Ewkaristija. Presjeduta mill-WRP Provinċjal Leslie Gatt OSA. Daħla għall-opra ta’ S. Wistin. Prof. P. Salvinu Caruana OSA

2. Il-Ġimgħa, 5 ta’ Marzu 2021 (6.00 – 7.00pm). Omelija 1. Kelliem: P. Mario Attard ofm cap

3. Il-Ġimgħa, 12 ta’ Marzu 2021 (6.00 – 7.00pm). Omelija 2. Kelliem: Andre’ P. Debattista

4. Il-Ġimgħa, 26 ta’ Marzu 2021 (6.00-7.00pm). Omelija 3. Kelliema: Dr Ritienne Debono MD

5. Il-Ġimgħa, 9 t’April 2021 (6.00 – 7.00pm). Omelija 4. Kelliem: Rev. Kan. Jonathan Farrugia

6. Il-Ġimgħa, 16 t’April 2021 (6.00 – 7.00pm). Omelija 5. Kelliem: Rev. Kan. Jonathan Farrugia

7. Il-Ġimgħa, 23 t’April 2021. Omelija 6. Kelliem: P. Pierre Desira OSA

8. Il-Ġimgħa, 30 t’April 2021. Omelija 7. Kelliem: Rev. Mons. Professur Hector Scerri

9. Il-Ġimgħa, 7 ta’ Mejju 2021. Omelija 8. Kelliem: P. Pierre Desira OSA

10. Il-Ġimgħa, 14 ta’ Mejju 2021. Omelija 9. Kelliem: Rev. Mons. Professur Hector Scerri

11. Il-Ġimgħa, 21 ta’ Mejju  2021. Omelija 10. Kelliem: Andre’ P. Debattista

%d