Kelma tal-Ħajja. Novembru 2020

“Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa” (Mt 5, 4).

Min qatt ma beka f’ħajtu? U min qatt ma ra nies jibku u jofolqu għax għaddejjin mit-tbatija? Imbagħad, il-mezzi ta’ komunikazzjoni tallum, idaħħlu ġo djarna dak kollu li jiġri fid-dinja kollha, bil-periklu li nistgħu nidrawhom, u nwebbsu qalbna quddiem ix-xmara ta’ tbatija, qisu xejn mhu xejn.

AKTAR