Salm 139

Print Friendly, PDF & Email

Fr Norbert Bonavia mssp jitkellem dwar Salm 139.

Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni; 2int taf meta noqgħod u meta nqum, int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti.

L-Ewwel Ħsieb …

It-Tieni Ħsieb …

Alla jinsab kullimkien1Lill-mexxej tal-kor. Salm ta’ David.

Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni;

2int taf meta noqgħod u meta nqum,

int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti.

3Int tagħraf il-mixi u l-waqfien tiegħi;

triqati kollha inti tafhom sewwa.

4Inkun għadni anqas lissint il-kelma,

meta int, Mulej, tkun ġa tafha kollha.

5Dawramejt inti tħaddanni,

u tqegħedli idek fuqi.

6L-għerf tiegħek tal-għaġeb, ma nwassalx għalih;

għoli wisq, u ma nlaħħaqx miegħu.

7Fejn immur ’il bogħod mill-ispirtu tiegħek?

Jew fejn nista’ naħrab minn quddiem wiċċek?

8Jekk nitla’ fis-smewwiet, hemm int;

jekk nimtedd f’qiegħ l-art, int hemm ukoll.

9Jekk nilbes il-ġwienaħ tas-sebħ,

u mmur ngħammar fi truf il-baħar,

10hemm ukoll tilħaqni idek,

u taqbadni l-leminija tiegħek.

11Jekk ngħid: “Ħa jaħbini d-dlam,

ħa jkunli d-dawl lejl madwari,”

12anqas id-dlam ma hu mudlam;

għalik il-lejl jiddi bħan-nhar;

id-dlam bħad-dawl għalik.

13Għax int sawwart il-ġewwieni tiegħi,

u f’ġuf ommi inti nsiġtni.

14Irroddlok ħajr, għax b’mod tal-għaġeb għamiltni:

tal-għaġeb huma l-għemejjel tiegħek.

U ’l ruħi inti tafha tajjeb.

15Ma kienx moħbi għadmi minnek,

meta kont qiegħed insir fis-satra

u nintiseġ fil-qigħan tal-art.

16Raw għajnejk l-għemejjel tiegħi:

kollha nkitbu fil-ktieb tiegħek;

u jiemi kienu ġa magħduda

meta ebda wieħed ma kien għad hemm.

17Kemm huma tqal ħsibijietek għalija, o Alla!

Kemm hu bla tarf l-għadd tagħhom!

18Li kelli ngħoddhom, huma aktar mir-ramel;

xħin nasal fl-aħħar, inkun għadni fil-bidu miegħek.

19Mhux li kont teqred il-ħżiena, o Alla!

Mhux li l-qattiela jitbiegħdu minni!

20Nies li b’qerq kontrik jeħduha,

li għalxejn kontrik iqumu.

21Kemm nobgħodhom, Mulej, lil dawk li jobogħduk,

kemm nistmellhom lil dawk li jqumu kontrik!

22B’mibegħda mill-akbar nobgħodhom,

għalija huma għedewwa tiegħi.

23Għarbilni, o Alla, u agħraf qalbi;

iflini, u kun af ħsibijieti.

24Ara iniex miexi fi triq ħażina,

u mexxini fit-triq ta’ dejjem.

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading