Huwa possibbli, anki minn issa stess, li niskopru li meta nagħtu lilna nfusna lill-oħrajn, billi nħobbuhom konkretament, ‘il-Ħajja’ tikber ġo fina. Meta tibda tgħix għas-servizz tal-oħrajn, meta titgħallem tbiddel ix-xogħol tiegħek, li jista’ jkun diffiċli u monotonu, f’atti ta’ mħabba, tibda tħoss ħafna ferħ u li bdejt issir aktar uman.
Matul ix-xahar ta’ Novembru tista’ tkompli taqra aktar dwar l-Imħabba fl-editorjal tal-magażin Malta Missjunarja, li huwa pubblikazzjoni ta’ Missio Malta. F’dan il-magażin, li joħroġ darba fix-xahar, fost ħafna informazzjoni oħra, issib tagħrif dwar il-proġetti li diġà wettaq Missio Malta, aħbarijiet mill-missjoni, l-intenzjoni missjunarja tax-xahar, riċetta tradizzjonali u paġna tal-logħob. Wieħed isib ukoll tagħrif dwar id-diversi attivitajiet li Missio Malta jkun ser jorganizza matul is-sena għall-benefatturi u l-qarrejja tal-magażin. F’wieħed mill-artikli niltaqgħu ma’ Swor Francise Farrugia, missjunarja Maltija li ilha snin twal taqdi l-missjoni tagħha fil-Pakistan. F’artiklu ieħor naqraw dwar l-esperjenza missjunarja ta’ Padre Josè Camilleri li ilu 62 sena missjunarju u li bħalissa qed jaqdi l-missjoni tiegħu fil-Gwatemela.
Għal aktar tagħrif, jew biex tabbona fil-magażin Malta Missjunarja, ċempel l-uffiċċju ta’ Missio Malta fuq 21 236 962,
jew ibgħat imejl lil info@missio.org.mt
Żur ukoll is-sit www.missio.org.mt