Mill-Ħamis 12 ta’ Novembru ‘il quddiem il-parroċċa ta’ Pembroke ser tibda torganizza darba fix-xahar laqgħat ta’ tagħlim u formazzjoni għal kulħadd, bl-isem, “Inbid ġdid f’damiġġani ġodda” (ara Luqa 5:37).
Dan tħabbar mill-Kappillan Fr Reuben Micallef waqt il-quddies ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda li qal ukoll li dawn il-laqgħat huma miftuħa għal kulħadd, imma b’mod speċjali għal dawk li jinteressaw ruħhom fil-ħidma tal-parroċċa.
Il-laqgħat jindew fis-7.00pm u jsiru fil-knisja parrokkjali ta’ Pembroke stess.