Djar tal-Insara fit-Tehran irrejdjati minn aġenti sigrieti

Tnax-il dar Nisranija ġew irrejdjati minn aġenti sigrieti f’operazzjoni koordinata f’Fardis, fil-punent ta’ Tehran.

F’dan ir-rejd, li sar għall-ħabta tad-9 ta’ filgħodu, ħadd mill-Insara ma ġie arrestat, iżda ħafna mill-affarijiet personali tagħhom ġew ikkonfiskati – nklużi telefowns, laptops, Bibbji, letteratura Nisranija u kull ħaġa oħra li għandha x’taqsam mal-Kristjaneżmu – u jistgħu jistennew li jiġu msejħa għal interrogazzjoni fil-jiem li ġejjin. 

AKTAR