Is-Salib tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

Print Friendly, PDF & Email

Is-Salib tal-‘Jum Dinji taż-Żgħażagħ’ ser jingħata liż-żgħażagħ Portugiżi.

L-aħħar Jum Dinji taż-Żgħażagħ seħħ fil-Panama, filwaqt li dak li jmiss, u skedat għall-2023 li ser isir f’Lisbona. Dan ġie mfakkar mill-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi, l-Familja u l-Ħajja, f’nota dwar il-‘passaġġ’ tas-simboli tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ – is-Salib u l-kopja tal-Ikona Salus Populi Romani – mir-rappreżentazzjoni taż-żgħażagħ Panamani għaż-żgħażagħ Portuġiżi.

Kif kien ħabbar il-Qdusija Tiegħu, fil-5 ta’ April li għadda waqt it-talba tal-Anġelus, nhar il-Ħadd li ġej, fit-22 ta’ Novembru, Solennità ta’ Kristu Re u konklużjoni tas-Sena Liturġika, fi tmiem il-Quddiesa ċċelebrata mill-Papa Franġisku, fil-Bażilika ta’ San Pietru, ser jgħaddi s-salib tal-Jum Dinji taż-żgħażagħ, liż-żgħażagħ Portugiżi. Għal din l-okkażżjoni ser ikun hemm presenti delegazzjoni mil-Amerika Ċentrali u ieħor mill-Portugal.

Tista’ ssegwi din iċ-ċelebrazzjoni dirett mill-Vatican Channel tal-Laikos … https://www.laikos.org/tv/

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit:

https://www.agensir.it/quotidiano/2020/11/17/papa-francesco-bruni-il-22-novembre-messa-e-consegna-della-croce-delle-gmg/

%d bloggers like this: