Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof matul Diċembru 2020

Matul ix‑xahar ta’ Diċembru, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna ser ikompli jiċċelebra Quddies matul il‑ġimgħa kif ukoll nhar ta’ Ħadd. Dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet liturġiċi qed jixxandru fuq TVM2Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Tista’ ssegwi dawn iċ-Ċelebrazzjonijiet minn fuq din il-paġna tal-Laikos … http://laikos.org/quddiesa_live.htm

Il‑Quddies organizzat mill‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed jixxandar:

  • Mit‑Tnejn sas‑Sibt fid‑9:30 a.m. mill‑Kappella tal‑Madonna ta’ Manresa, fil‑Kurja tal‑Arċisqof, il‑Furjana. Wara l‑Quddiesa tingħad it‑talba tar‑Rużarju. Dan il‑ħin ta’ talb jiġi mtenni fuq TVM2 fil‑5:30 p.m. mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa.
  • Kull nhar ta’ Ħadd fid‑9:30 a.m. tiġi ċċelebrata Quddiesa fuq TVM2, Facebook u YouTube. Din tiġi mtennija fuq TVM2 fis‑6:30 p.m.

F’dawn il‑ġranet Monsinjur Arċisqof se jiċċelebra l‑Quddies f’dawn il‑knejjes:

L‑Erbgħa 2 ta’ Diċembru, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla f’għeluq il‑100 sena mit‑twaqqif tal‑Partit Laburista, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Il‑Ħadd 6 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Kappella ta’ Sant’Antnin f’Manoel Island u matulha jagħti l‑pussess lil Dun Gordon Refalo bħala l‑kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa tal‑Gżira. Din tixxandar fuq TVM2.

L‑Erbgħa 9 ta’ Diċembru, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jikkonċelebra waqt Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla fl‑okkażjoni tal‑ħatra bħala kardinal tal‑Eminenza Tiegħu Rev.ma l‑Kardinal Mario Grech, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM2.

Is‑Sibt 12 ta’ Diċembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jmexxi l‑investitura tal‑Ordni Sovran Militari ta’ Malta (S.M.O.M.), fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.

Il‑Ħadd 13 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑Knisja ta’ Santu Kristu, Ħal Għaxaq u matulha jagħti l‑pussess lil Dun Andrew Schembri bħala
l‑Kappillan il‑ġdid tal‑Parroċċa tal‑Ħal Għaxaq. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ġimgħa 18 ta’ Diċembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa tal‑Milied għall‑membri tal‑Ordni Ekwestriju tas‑Santu Sepulkru ta’ Ġerusalemm, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina.

Il‑Ħamis 24 ta’ Diċembru, fil‑5:15 p.m, Monsinjur Arċisqof imexxi l‑ewwel għasar solenni tal‑Milied solenni u wara jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Vġili fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Fil‑11:15 p.m. jibda l‑uffiċċju tal‑qari u kant tal‑għanjiet tal‑Milied. F’nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ġimgħa 25 ta’ Diċembru, Jum il‑Milied, fid‑9:30 a.m. Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl, l‑Imdina. Din tixxandar fuq TVM2.

Is‑Sibt 26 ta’ Diċembru, fis‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla f’għeluq il‑100 sena tal‑Kappella tal‑Madonna ta’ Lourdes, il‑Furjana. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ħadd 27 ta’ Diċembru, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Familja Mqaddsa fil‑Kappella ta’ Sant’Antnin f’Manoel Island. Din tixxandar fuq TVM2.

Il‑Ħamis 31 ta’ Diċembru, fis‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa ta’ Radd il‑Ħajr lil Alla fi tmiem is‑sena u jitkanta t‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar fuq TVM2.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti