Ikel fuq il-mejda f’dan il-Milied.


Id-Djoċesi ta’ Dublin, trid li l-familji jkollhom ikel fuq il-mejda f’dan il-Milied.

Peress li l-ġbir annwali tal-ikel ma jistax iseħħ dan l-Avvent, Crosscare, organizzazzjoni tal-karità tal-Arċidjoċesi ta’ Dublin, talbet lill-fidili biex jappoġġjawhom billi jagħmlu donazzjoni online. Tabilħaqq, kull Diċembru, l-Crosscare ġeneralment jiġbru eluf ta’ Liri Sterlina f’valur t’ikel, tistqarr l-Arċidjoċesi. Allura din is-sena qed nitolbu għal donazzjonijiet online biex jiġi żgurat li “familji li qed jitħabtu biex ilaħħqu mal-ħajja jistgħu jkollhom ikel fuq il-mejda f’dan il-Milied”.

Is-servizzi pprovduti mill-karità ġew estiżi minn Marzu fejn ġew provduti mitt sodda żejda għal nies bla dar, bi kmamar individwali biex jiżguraw li jkun hemm distanzi soċjali. Bl-istess mod, foodbanks “baqgħu miftuħa, li qed joperaw b’iġene stretta u standard ta’ sigurtà tal-Covid”. S’issa tqassmu ‘l fuq minn 7,000 pakkett t’ ikel. “Id-domanda qed tibqa’ għolja peress li ħafna iktar nies fil-parroċċi u l-komunitajiet tagħna, li qabel ma kellhomx bżonn l-appoġġ, illum qed jissieltu minħabba t-tnaqqis ekonomiku”.

L-Arċisqof Diarmuid Martin qal li huwa kburi bir-rispons ta’ Crosscare immirata biex tiżgura li “żgħażagħ, persuni bla dar, familji fil-bżonn u dawk li ġew iżolati aktar minħabba l-pandemija, komplew jiġu appoġġjati” f’dan il-mument diffiċli. L-appell għal dawk li normalment kienu jappoġġjaw il-kampanja tal-ikel biex din id-darba jagħmlu d-donazzjoni tagħhom online.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.agensir.it/quotidiano/2020/12/1/irlanda-diocesi-di-dublino-donazioni-on-line-per-garantire-alle-famiglie-cibo-in-tavola-a-natale-100-posti-per-senzatetto/