L-Arċisqof fi żmien il-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida


Il‑funzjonijiet reliġjużi li se jmexxi l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna fl‑okkażjoni tal‑Milied jibdew filgħaxija f’lejlet il‑Milied. Dawn il‑funzjonijiet huma miftuħin għall‑pubbliku skont il‑miżuri għall‑ħarsien tas‑saħħa b’rabta mal‑pandemija COVID‑19. Il‑persuni vulnerabbli jistgħu jsegwu dawn iċ‑ċelebrazzjonijiet fuq l‑istazzjonijiet nazzjonali kif indikat hawn taħt, u fuq Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

Il‑Ħamis 24 ta’ Diċembru, lejlet il‑Milied, fil‑5:15 p.m. Monsinjur Arċisqof imexxi l‑ewwel għasar tal‑Milied fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta, u fis‑5:45 p.m., jiċċelebra l‑Quddiesa tal‑Vġili.

Dakinhar stess fil‑11:15 p.m., fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina, jibda l‑Uffiċċju tal‑Qari u kant tal‑għanjiet tal‑Milied. F’nofsillejl, Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu. Din tixxandar ukoll fuq TVM. Minħabba restrizzjoni ta’ spazju fil-katidral, kull min jixtieq jattendi għandu jċempel fuq 21456620 jew 21454136, jew jibgħat imejl fuq parrocca.mdina@maltadiocese.org.

Il‑Ġimgħa 25 ta’ Diċembru, Jum il‑Milied, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tat‑Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil‑Katidral ta’ San Pawl fl‑Imdina. Din tixxandar ukoll fuq TVM2.

Il‑Ħamis 31 ta’ Diċembru, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa ta’ radd il‑ħajr lil Alla fi tmiem is‑sena bil‑kant tat‑Te Deum, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Din tixxandar ukoll fuq TVM2.

Il‑Ġimgħa l‑1 ta’ Jannar 2021, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità ta’ Marija Omm Alla u fil‑Jum Dinji tal‑Paċi, fid‑Dar tal‑Providenza, is‑Siġġiewi. Din tixxandar ukoll fuq TVM2.

Il‑Ħadd 3 ta’ Jannar, fid‑9:30 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis‑Solennità tal‑Epifanija fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Matul din il‑quddiesa se jagħti l‑Ministeru tal‑Akkolitat lil żewġ seminaristi u l-Ministeru tal‑Lettorat lil tliet seminaristi oħra. Din tixxandar ukoll fuq TVM2.

Sors: www.knisja.mt

Ritratti: www.knisja.mt/ritratti

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google photo

You are commenting using your Google account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.