Il-Papa Frangisku f’laqgħa ma’ studenti tat-Teologija

“Kunu xhieda tal-preżenza t’Alla”, jgħid il-Papa lill-istudenti tat-teoloġija

F’dinja li tidher inqas tolleranti għar-reliġjon, l-istudenti tat-teoloġija għandhom missjoni li jkunu xhieda tal-imħabba u t-tjubija t’Alla, stqarr il-Papa Franġisku. Waqt udjenza li hu kellu ma grupp ta’ studenti tat-teoloġija Kattolika u Protestanta mill-Ġermanja, l-Papa jgħidilhom li: “Ikun il-kompitu tagħkom li tidħlu fi djalogu mad-dinja fejn jidher li hemm inqas u inqas spazju għar-reliġjon”. Huwa “kompitu li naqsmu ma’ dawk kollha li jemmnu f’reliġjonijiet differneti, billi nuru li nagħmlu lil Alla preżenti huwa tajjeb għas-soċjetajiet tagħna”.

L-istudenti tat-teoloġija Ġermaniża huma parti minn ‘Theologisches Studienjahr’ (Sena ta’ Studju Teoloġiku), li ssir kull sena fl-Abbey tad-Dormizzjoni tal-Verġni Mbierka Marija f’Ġerusalemm. Madankollu, minħabba l-pandemija, l-istudenti ma setgħux jivvjaġġaw lejn l-Art Imqaddsa u qed jagħmlu din is-sena fl-Università Pontifiċja ta’ Sant’Anselmo, f’Ruma. “Anke jekk din is-sena ma tistgħux tesperjenzaw l-Art Imqaddsa, l-istudju fil-fond tal-Iskrittura Mqaddsa, l-ekumeniżmu u d-djalogu inter-reliġjuż dejjem jibqgħu karattersitiċi distintiva tal-programmi tagħkom. Jien konvint li Ruma wkoll toffrilkom diversi possibbiltajiet f’dan ir-rigward”, sostna l-Papa Franġisku.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://cruxnow.com/vatican/2020/12/be-witnesses-of-gods-presence-pope-tells-theology-students/

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.