Wieħed mill-iktar qassisin poploari fi Munich, il-Ġermanja, Fr Rainer Maria Schiessler ta’ 60 sena, se jiċċelebra 12-il Quddiesa f’lejliet il-Milied, waħda kull siegħa. Biex 1000 persuna mill-parroċċa jkunu jistgħu jattendu, Fr Schiessler se juża sistema ta’ labar tal-inxir biex 1200 jieħdu sehem fil-Quddies tal-parroċċa ta’ St Maximilian, min-nofsinhar ‘il quddiem.
Mhux possibbli li fil-knisja jkun hemm 1000 persuna fl-istess ħin minħabba l-pandemija, imma jistgħu joqogħdu 100 persuna mqassmin fi tnax-il darba. Fr Schiessler se jkun preżenti f’kull Quddiesa waqt li xi omeliji jsiru mill-viċi tal-parroċċa.
Min se jattendi, l-ewwel irid jirreġistra. Inxtraw ħafna labar żgħar tal-inxir li se jitqiegħdu f’qoffa fid-daħla tal-knisja. Kull min jasal, jieħu labra u jwaħħalha mal-kowt. Kif il-qoffa tiżvojta, in-nies ikunu mistiedna biex jagħmlu passiġġata sakemm tibda l-Quddiesa ta’ wara.
Wara l-Quddiesa, il-labar jinġabru fil-qoffa. Il-bankijiet kollha tneħħew biex minflokhom jitqiegħdu 150 siġġu. B’hekk id-distanza ma tkunx problema.
https://www.thetablet.co.uk/news/13677/the-catholic-priest-who-has-christmas-pegged
Minn Joe Galea