Tgħanniqa tal-Papa lit-tfal fl-isptar Bambino Gesù

Print Friendly, PDF & Email

Il-Kardinal Parolin iżur l-isptar tat-Tfal Bambino Gesù u jwassal t-tislima u t-tgħanniqa tal-Papa Franġisku.

“It-talb huwa iktar b’saħħtu mill-virus”, hekk fakkar il-Kardinal Pietro Paroli lill-pazjenti u l-istaff fl-Isptar tat-Tfal Bambino Gesù, li tenna l-kliem li kien hemm miktub fuq tpinġija ta’ wieħed mill-pazjenti żgħar tal-isptar. F’din iż-żjara, l-Kardinal ġie milqugħ mill-President tal-Isptar Mariella Enoc u li ingħaqad virtwalment mal-bqija tal-komunità li kienet qed issegwi onlajn.

Huwa esprima d-dispjaċir tiegħu li l-limitazzjonijiet stabbiliti biex jitrażżnu l-infezzjonijiet ħallew impatt u naqqsu l-possibiltajiet ta’ laqgħat wiċċ imb’wiċċ, imma qal “Nirringrazzjaw lil Alla li għandna dawn il-mezzi li nistgħu nikkomunikaw bihom”, huwa u jħares lejn il-monitors tal-kompjuter u sellem lit-tobba, infermiera, u reliġjużi. “Insellem u nħaddan lil kull wieħed u waħda minnkom u ġibt miegħi wkoll it-tislima u tgħanniqa tal-Papa Franġisku”, stqar is-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan.

Il-Kardinal irringrazzja lill-impjegati kollha tal-isptar “għax-xogħol ġeneruż, kuxjenzjuż, kompetenti, diskrett u spiss moħbi li tagħmlu” u esprima l-apprezzament tiegħu għar-rispons immedjat u effettiv li l-isptar seta’ joffri matul il-pandemija. Huwa ddeskriva l-isptar bħala wieħed li għandu riżorsi umani u spiritwali meħtieġa kollha biex “jiġġieled kontra l-ħażen rappreżentat mill-Covid u l-mard l-ieħor kollu li jolqot lit-tfal”.

Qabel ma ta t-tislima virtwali tiegħu, il-Kardinal Parolin iltaqa’ personalment mal-President tal-isptar Mariella Enoc, mad-Dukessa Maria Grazia Salviati u ma’ grupp ta’ tobba li kienu partikolarment esposti għall-virus covid matul is-sena li għaddiet.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/vatican-city/news/2020-12/parolin-childrens-hospital-christmas-greetings-pope.html

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

%d bloggers like this: