Mexxej Kommunist jiltaqa’ ma’ mexxejja Insara fuq ġlieda li nqalgħet
Il-gvern ta’ Kerala fl-Indja għandu l-għan li ‘jintlaħaq kompromess’ bejn il-fazzjonijiet Ortodossi u Ġakobiti.
Il-ministru tal-gvern fittex suġġerimenti minn kapijiet ta’ denominazzjonijiet Insara sabiex tinstab il-paċi bejn żewġ naħat. Pinarayi Vijayan iltaqa’ ma’ mexxejja Protestanti u anke dawl tal-Knisja Kaldeja sabiex tinstab soluzzjoni. Hu ddiskuta s-suġġeett mal-karidnal George Alencherry, li huwa l-kap tal-Knisja Siro-Malabar, u mal-Kardinal Baselios Cleemis, kap tal-Knisja Malankar u l-Isqof Joseph Kariyil, president tal-forum tal-isqfijiet Latini kif ukoll mal-Isqof Oommen George tan-nofsinhar tal-Indja u mexxejja oħra.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard