L-isqfijiet tan-Niġerja għamlu sejħa għal talb għas-sigurta’ u l-ħelsien ta’ isqof Niġerjan. Dan inħataf nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru mill-belt ta’ Owerri li hija l-kapitali tal-istat ta’ Imo.
L-Isqof Moses Chikwe ‘inħataf fil-lejl tal-Ħadd 27 ta’ Diċembru’ stqarr is-segretarju ġenerali tal-konferenza episkopali Niġerjana. Chikwe hu l-isqof awżiljarju tal-arċidjoċesi Niġerjana ta’ Owerri. Fil-preżent, in-Niġerja tinsab għaddejja minn waħda mill-eħrex persekuzzjonijiet Insara fl-istorja tagħha. Għaxar xhur ilu, seminarista Niġerjan instab maqtul fin-Niġerja.
Rapport għal-Laikos minn Fr Geoffrey G. Attard