Ilħna favur id-demokrazija

Ilħna favur id-demokrazija kkundanaw il-vjolenza fil-Capitol tal-Istati Uniti.  

Ħames persuni mietu u għexieren indarbu hekk kif nhar l-Erbgħa, fil-Capitol Hill f’Washington DC kien hemm ġlied u protesti biex iwaqqfu lill-membri tal-Kungress Amerikan biex japprova r-riżultat elettorali li tagħmel lil Joe Biden bħala President Amerikan.

L-isqfijiet tal-Istati Uniti kkundannaw unanimament il-vjolenza u appellaw għall-paċi u r-rispett għall-ġid komuni. Il-President tal-Konferenza Episkopali tal-Istati Uniti qal “li dan mhux aħna bħala Amerikani. Qed nitlob għall-membri tal-impjegati tal-Kungress u tal-Capitol u għall-puluzija u dawk kollha li jaħdmu biex iżommu l-ordni u s-sigurtà pubblika”.  L-Arċisqof Gomez kompla jinnota li t-transizzjoni paċifika tal-poter hija waħda mill-karatteristiċi ta’ dan in-nazzjoni kbir “F’dan il-mument inkwetanti, rridu nerġgħu nimpenjaw ruħna għall-valuri u l-prinċipji tad-demokrazija tagħna u niltaqgħu flimkien bħala nazzjoni wieħed”. Il-Kardinal Wilton Gregory, Arċisqof ta’ Washington talab lill-irġiel u n-nisa kollha tar-rieda tajba biex jieqfu u jitolbu għall-paċi f’dan il-mument kritiku, u ħeġġeġ liċ-ċittadini biex ibbidlu t-ton li reċentement iddomina l-konservasazzjonijiet politiċi.

Ħafna organizzazzjonijiet Insara ħarġu dikjarazzjonijiet li esprimew tħassib għall-aħħar żviluppi. Anke ilħna politiċi madwar id-dinja esprimew it-tħassib tagħhom għal dak li ġara fl-Amerika.

Pax Christi USA ħarġet stqarrija li fiha talbet għar-responsabbiltà w espremiet it-tama li “l-avvenimenti tal-lum iservu bħala mument ta’ konverżjoni għal xi wħud”. Id-Direttur Eżekuttiv Johnny Zokovitch qal, “Forsi dan il-mument jista’ jservi biex nieqfu għall-agħar impulsi tal-karattru nazzjonali tagħna”.

L-Aġent Segretarju Ġenerali tal-Knisja Kattolika Dinjija, esprima t-tħassib serju fuq dak li ġara. Rev. Prof. Dr Ioan Sauca rrifletta fuq ir-riżultat tal-“politika populista diviżiva ta’ dawn l-aħħar snin”, li qal “qed thedded il-pedamenti tad-demokrazija fl-Istati Uniti” sal-punt li jagħtu eżempju għal pajjiżi oħra. “Għaldaqstant, dawn l-iżviluppi għandhom implikazzjonijiet lil hinn mill-politika domestika Amerikana u huma ta’ tħassib internazzjonali serju”.

Għal aktar tagħrif idħol fuq s-sit: https://www.vaticannews.va/en/world/news/2021-01/united-states-violence-capitol-politics-democracy-voices.html

Kif ukoll fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2021-01/us-bishops-attack-capitol-washington-condemn-prayers.html

Published by

Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.